PRESS CONFERENCE MINN DR. ANTOINE MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI
Waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa, Dr Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali elenka diversi xoghlijiet li qeghdin isiru u progetti ohra li dalwaqt jinbdew fil-qasam tal-anzjani mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali. Huwa habbar ukoll programm shih ta’ attivitajiet li gew imfassla biex jigi ccelebrat il-Jum Dinji tal-Anzjani, fl-1 t’Ottubru.
Dr Mifsud Bonnici semma diversi xoghlijiet li qeghdin isiru prezentament fir-Residenza ta’ San Vincenz de Paul. Diversi swali qeghdin jigu mghammra bl-air condition filwaqt li jigu wkoll refurbished. Il-Female Ward 5/6 qieghda tigi rrinovata radikalment u huwa ttamat li tinfetah matul ix-xahar t’Ottubru. Irrefera ghax-xoghlijiet estensivi li qeghdin isiru biex sal-ahhar ta’ din is-sena jinfethu ghall-ewwel darba fl-S.V.P.R, Podology Clinic u Speech Therapy Clinic.
Dr Mifsud Bonnici mbaghad tkellem dwar zewg progetti kbar li digà nghata bidu ghalihom. Dawn iz-zewg progetti qed jigu finanzjati mill-fondi tal-Welfare Committee. L-ewwel wiehed huwa r-rikostruzzjoni mill-gdid tal-Male Wards 1-2 u 3-4 u Female Wards 1-2 u 3-4. Progett li ser jinqasam f’zewg fazi. L-ewwel fazi li tikkonsisti fid-demolizzjoni u rikostruzzjoni tal-wards tal-irgiel mistennija tibda qabel l-ahhar ta’ din is-sena u huwa ttamat li dan il-blokk jitlesta fi zmien 15/16-il xahar. Dettalji tal-pjanti ta’ dan il-progett gew spjegati mill-perit inkarigat, il-Perit Muscat.
It-tieni progett fuq skala kbira huwa l-bini ta’ dar ghall-anzjani fil-Mellieha. Dr Mifsud Bonnici qal li l-pjanti qeghdin fi stadju avvanzat hafna u dalwaqt jigu prezentati lill-Planning Authority. Huwa ttamat li x-xoghol fuq dan il-progett jibda fi Frar tas-sena l-gdida biex b’hekk id-dar tkun lesta matul is-sena 2003.
Fit-tieni parti tal-konferenza stampa Dr Mifsud Bonnici rrefera ghall-attivitajiet li ser jinzammu biex jigi celebrat il-Jum Dinji tal-Anzjani, l-1 t’Ottubru. L-attività principali ser tkun is-serata tal-ghoti tal-Premju Anzjan tas-Sena nhar is-Sibt, 29 ta’ Settembru. Attivitajiet ohra jinkludu serati socjali ghall-anzjani residenti f’San Vincenz de Paule u fid-djar residenzjali u anke ghall-anzjani li jattendu d-Day Centres. Ser tinzamm ukoll Open Day f’S.V.P.R, fil-Homes u fid-Day Centres filghodu l-Hadd, 30 ta’ Settembru. Tqassam programm dettaljat tal-attivitajiet kollha li ser isiru.
Dr Mifsud Bonnici temm ighid li l-Gvern huwa mpenjat biex ikompli jipprovdi l-ahjar lill-anzjani taghna. Zgur li dan il-Gvern qatt ma abdika din ir-responsabbiltà fl-imghoddi u zgur li mhux ser jabdika fil-futur. Dan zgur huwa rifless fl-inpenn kostanti tieghu li jkompli jimmodernizza u jtejjeb l-ambjent residenzjali ghall-anzjani u li jkompli johloq attivitajiet socjali li fihom ikunu jistghu jippartecipaw numru kbir ta’ anzjani u b’hekk l-anzjani jibqghu integrati fis-socjetà taghna – socjeta li rriduha tkun socjeta ghal kull età u socjetà inkluziva ghaliex kulhadd ghandu jkollu postu f’din is-socjetà.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN