Left arrow Go Back

IMNIEDI L-FESTIVAL KANZUNETTA GHALL-EWROPA 2002

pr1274
Date Icon 31/08/2001

Tnediet l-edizzjoni tal-2002 tal-Festival Kanzunetta ghall-Ewropa. Ir-rebbieh jew rebbieha ta’ dan il-festival se jirrapprezenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jsir f’Talinn, l-Estonja nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju, 2002. Il-festival lokali se jsir nhar il-15 u s-16 ta’ Frar, 2002.

Dan thabbar dalghodu f’konferenza tal-ahbarijiet mic-Chairman tal-Kumitat tal-Festivals tal-Kanzunetta Maltija, Charlo’ Bonnici.

Charlo’ Bonnici ta dettalji dwar xi tibdiliet li saru fir-regolamenti wara li ttiehdet in konsiderazzjoni r-reazzjoni tal-pubbliku ghall-Festival li sar aktar kmieni din is-sena, ghax-xewqat tal-kompozituri, awturi u kantanti, kif ukoll ghall-htigijiet tal-Festival.

Se jidhol limitu ta’ kemm kantant/a jistghu jinterpretaw kanzunetti mit-tieni fazi ‘il quddiem. Dan il-limitu huwa ta’ zewg kanzunetti. Dan ifisser li filwaqt li kompozitur jista’ jissottometti numru ta’ kanzunetti bla limitu, b’liema kantanti jrid ghall-ewwel, fit-tieni fazi jkunu l-aktar zewg kanzunetti ta’ l-istess kantant/a li jgibu punti fl-ewwel fazi, li jithallew izommu l-kanzunetta taghhom. F’kaz li kompozitur jghaddulu aktar minn zewg kanzunetti ta’ l-istess kantant/a, jista’ jew jirtira dawk il-kanzunetti mill-kompetizzjoni jew itihom lil xi kantant/a iehor/ohra. Dan ifisser li fil-finali ta’ Frar, il-kantanti ma jistghux ikollhom aktar minn zewg kanzunetti. Charlo’ Bonnici qal li l-Kumitat ihoss li dan huwa kompromess felici li zgur m’ghandux inaqqas mil-livell tajjeb ta’ kanzunetti li ntlahaq din is-sena.

Regolament gdid iehor huwa li se jirregola l-isponsorships personali ghall-kantant/a rebbieha tal-Festival.

Charlo’ Bonnici habbar ukoll li l-kuncett tat-televoting se jibqa’ anke f’din l-edizzjoni tal-Festival. Il-Kumitat ghad irid jistudja jekk ihallix l-istess proporzjon ta’ din is-sena (14% tal-voti) jew jekk jghollihx ghal aktar.

Huwa qal ukoll li bhalma ghamel fil-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija, il-Kumitat irid jizgura trasparenza assoluta fl-ghazla tar-rapprezentant/a Malti/Maltija fil-Eurovision Song Contest. Fost l-azzjonijiet li se jittiehdu biex dan isir hemm li c-Chairman tal-gurija, se jkun wiehed indipendenti mill-Kumitat. Dan se jkun in-Nutar Patrick Critien. Aktar ‘il quddiem se jithabbru mizuri ohra f’dan ir-rigward. Charlo’ Bonnici qal li dan qed isir mhux ghax fis-snin li ghaddew kien hemm xi haga hazina fis-sistema tal-ghazla, izda biex il-process kollu mhux biss ikun nadif u trasparenti izda ikun jidher li huwa hekk ukoll.

Fl-ahharnett tnieda l-logo tal-Festival iddisinjat mill-artist Pierre Portelli. Il-logo fih il-kuluri tal-bandiera Maltija u dik tal-Estonja, kif ukoll jindika azzjoni/attivita’ li tipponta lejn direzzjoni partikolari, li f’dan il-kaz huwa l-Eurovision

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow