Left arrow Go Back

FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAL-KANZUNETTA MALTIJA

pr1262
Date Icon 29/08/2001

Wara li nhar is-Sibt li ghadda thabbru s-36 kanzunetta li ntaghzlu minn gurija mahtura apposta, li ghaddew ghat-tieni fazi tal-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija, il-Kumitat Festivals tal-Kanzunetta Maltija ircieva informazzjoni bil-miktub, li wiehed mis-sitt gurati li ggudikaw il-kanzunetti, kien habib mill-qrib ma' wahda mill-kantanti partecipanti. Din il-persuna membru tal-gurija, kienet iffirmat dikjarazzjoni kif mitlub mir-Regolamenti, " li la hu u sa fejn jaf lanqas membri tal-familja tieghu ma dahhlu xoghlijiet ghal dan il-festival u l-anqas ma kellu ebda kuntatt dwar il-Festival ma min seta' qed jiehu sehem".

Wara li vverifika l-kaz u nstab li dan il-gurat kien veru habib mill-qrib ta' din il-kantanta, il-Kumitat ddecieda, fuq parir legali, li jannulla l-vot ta' dan il-gurat. Barra minn hekk, wara li tnehhew il-punti tal-gurat li l-voti tieghu gew annullati, instab li 4 kanzunetti ohra kkwalifikaw biex jinstemghu fit-tieni fazi eliminatorja. 

Fuq pariri legali, il-Kumitat ma skwalifikax 3 kanzunetti ohra li ma kienux ighaddu mas-36 li kieku ma vvutax il-gurat in kwistjoni. Minhabba dan l-izvilupp it-tieni fazi eliminatorja giet posposta ghal nhar it-Tnejn, 10 ta' Settembru, mit-3.00 p.m. 'l quddiem.



Il-Kumitat Festivals tal-Kanzunetta Maltija juri d-dispjacir tieghu li sehh kaz bhal dan, izda jsostni, b'din l-azzjoni li ha, li lest li jaghmel minn kollox, biex il-process tal-ghazla fil-Festivals organizzati minnu, jkun wiehed nadif, gust u trasparenti ghal kollox. Kien ghalhekk ukoll li b'sehh minn dan il-Festival il-Kumitat iddecieda li c-Chairman tal-gurija jkun indipendenti u mhux membru tal-Kumitat. Fil-fatt in-Nutar Patrick Critien gie mahtur f'din il-kariga ghall-Festivals li gejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow