Left arrow Go Back

GĦAJNUNA BIEX TITNADDAF IL-BAJJA TA’ MĠARR IX-XINI

pr1259
Date Icon 28/08/2001

Wara l-ħsara li saret lill-bajja ta’ Mġarr ix-Xini, meta l-Kunsill Lokali tas-Sannat iddeċieda mingħajr il-permessi u l-pariri meħtieġa, li jitfa’ ramel tal-barrieri fil-bajja, il-Ministeru għall-Ambjent intalab mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar biex jgħin b’inġenji u għodda, ħalli tissewwa l-ħsara li saret.

Id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan it-Taqsima tax-Xoghlijiet tal-Ministeru għall-Ambjent, immedjatament bagħat fuq il-post gaffa żgħira u trakk bl-operaturi tagħhom, flimkien ma’ għadd ta’ għodda żgħira meħtieġa għat-tindif.

Il-Ministeru ghall-Ambjent, filwaqt li mill-ġdid jikkundanna l-ħsara li saret lil din il-bajja pittoreska, jippreċiża li t-titjib ta’ bajjiet jenhtieg il-permess ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, li min-naħa tagħha, tikkonsulta lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent biex ikun determinat jekk ‘titjib’ bħal dan jagħmilx ħsara lill-ambjent marittimu.

F’dan il-każ, ma ntalab l-ebda permess ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u allura ma setax ikun hemm konsultazzjoni mad-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow