IL-MALTEMPATA LI LAQTET LIL MALTA L-BIERAH
pr1248
24/08/2001
| Il-bierah filghaxija ghall-habta tas-7.30 p.m., | maltempata laqtet lil Malta f’hin qasir u kawza ta’ dan, diversi postijiet, fosthom l-Imsida, B’Kara u Hal-Qormi ntlaqtu minn gharghar. |
| Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mill-ewwel ha | l-prekawzjonijiet necessarji fosthom li jinghalqu it-toroq li kienu mgharrqa bl-ilma, kif ukoll biex isalva lil diversi persuni li nqabdu fil-vetturi taghhom. Fost dawn kien hemm tlett persuni anzjani li gew salvati fil-wied ta’ Hal-Balzan u ohrajn li gew salvati f’Birkirkara kif ukoll fl-Imsida. |
| Il-membri tal-Protezzjoni Civili kellhom bicca xoghol | iebsa biex jikkontrollaw it-traffiku, specjalment meta kien hemm xi uhud mis-sewwieqa li bdew jargumentaw kontra id-direttivi moghtija lilhom. Sahansitra, kien hemm min ipprova jaggredixxi lil wiehed mill-membri tal-Protezzjoni Civili, billi hareg bicca hadida biex jattakkah biha. Dan il-kaz qed jigi investigat. |
| Id-Direttur tal-Protezzjoni Civili jikkundanna dan l-agir, | kif ukoll l-agir ta’ dawk il-ftit li ma jikkoperawx ma’ l-ufficjali fil-qadi ta’ dmirijiethom. Ta’ min ifakkar illi l-Ligi tal-Protezzjoni Civili tipprovdi illi kull min jonqos li jhares xi ordni li tinghatalu mill-ufficjali tal-Protezzjoni Civili waqt il-qadi ta’ dmirijietu, ikun hati ta’ reat u jista’ jehel, meta jinsab hati, prigunerija ghal zmien ta’ mhux izjed minn tlett xhur. |
| Id-Direttur jixtieq jirringrazzja lill-mezzi tax-xandir | kollha tal-koperazzjoni li qed tinghata lid-Dipartiment |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN