STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-INTERN DWAR IS-SERVIZZ TAS-SIGURTA`
B’referenza ghall-attakki ingusti u bla spjegazzjoni li kien hemm ricentement f’parti mill-media kontra s-Servizz ta’ Sigurtà, il-Minsteru ta’ l-Intern jichad li dan is-Servizz, li tant hu mehtieg fil-glieda kontra l-kriminalità, kiser il-ligi jew ghamel xi atti mhux awtorizzati.
Dawn l-attakki fil-media huma iktar u iktar ingusti, ghaliex hu fatt maghruf illi ebda servizz ta’ sigurtà ma jista’ jaghti informazzjoni dwar il-hidma tieghu jekk irid li jahdem u jilhaq l-iskop li ghalih twaqqaf. L-ghidut u x-xnighat minghajr ebda bazi ta’ verità jservu biss biex joskuraw il-hidma fejjieda tas-Servizz.
Hija prattika taht Gvernijiet differenti li, la s-Servizz u lanqas il-Ministeru ma’ jaghtu informazzjoni dwar il-poteri specjali li taghtihom l-ligi fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Dan ifisser illi skond il-ligi:-
- dawn il-poteri specjali jistghu jintuzaw biss bl-awtorizzazzjoni specifika u bil-miktub tal-Ministru ta’ l-Intern jew tal-Prim Ministru;
- kull awtorizzazzjoni tista’ tigi ezaminata minn Kummissjonarju mahtur skond il-Ligi li ghandu l-poter li jezamina il-validità ta’ kull mandat (warrant);
- jezisti Kumitat ta’ Sigurtà kompost mill-Prim Ministru, il-Ministru ta’ l-Intern u dak ta’ l-Affarijiet Barranin, u l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni li jissorvelja il-hidma tas-Servizz.
Is-Servizz ta’ Sigurtà inholoq sabiex jkun hemm ko-ordinazzjoni bejn forzi differenti ta’ l-ordni fil-gbir ta’ informazzjoni fil-glieda kontra il-kriminalità; sa qabel dan kollox kien koncentrat f’idejn il-Pulizija.
Il-Ministeru jassigura lill-pubbliku li l-poteri specjali jintuzaw biss kontra persuni suspettati bit-twettiq ta’ reati serji kif stipulat fl-Att dwar Is-Servizz Tas-Sigurta` (Kap 391).
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN