ZEWG QUALITY SERVICE CHARTERS OHRA FIL-QASAM TA' L-EDUKAZZJONI
Illum id-Dipartiment ta' l-iStudji Oghla u Edukazzjoni ghall-Adulti fi hdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni nieda zewg Quality Service Charters, wiehed dwar is-servizz li jinghata lill-istudenti li jixtiequ jkomplu jistudjaw, u l-iehor dwar is-servizz ta' abbonament fil-korsijiet ghall-adulti.
Service Charter - Studji Oghla
Is-servizz lejn l-istudenti li temmew l-edukazzjoni sekondarja jibda bil-pubblikazzjoni ta' Prospectus li jinkorpora l-korsijiet kollha post-sekondarji li joffru l-iskejjel statali. Dan il-Prospectus jintbaghat lill-istudenti kollha li temmew l-iskola sekondarja jew tas-snajja'. L-informazzjoni tinstab ukoll fil-website www.education.gov.mt.
Id-Dipartiment ghall-iStudji Oghla u ghall-Adulti kompla jibni fuq dan is-servizz billi:
Ø Inkluda l-korsijiet ta' l-istituzzjonijiet statali kollha
Ø Habbar l-laqghat ta' informazzjoni lill-istudenti u lill-genituri li kienu interessati jibdew xi kors:
Ø Zied l-informazzjoni dwar l-iskemi ta' Apprendistat Tekniku, dwar l-iskema ta' tahrig esti\ fis-Snajja', u dwar l-ghotja ta' manteniment ghall-istudenti post sekondarji
Ø Zied informazzjoni utli ghall-istudenti barranin jew ta' origini Maltija b'passaport barrani
Ø Ippublika l-kriterji li fuqhom tkun ibba\ata l-gha\la ta' l-istudenti biex tkun assigurata t-trasparenza.
Ø Ta informazzjoni dwar il-korsijiet ta' filghaxija organizzati mill-ETC u mid-Dipartiment
Flimkien mal-Prospectus tintbaghat formola ta' applikazzjoni halli l-istudenti jkunu jistghu jimlewha d-dar. L-applikazzjoni hi maghmula b'mod li wiehed m'ghandhux ghalfejn japplika f'numru ta' istituzzjonijiet edukattivi I\da japplika f'post wiehed biss u mbghad l-applikazzjoni titmexx skond il-b\onn.
Sa ftit \mien ilu l-istudenti li xtaqu jkomplu bl-istudji taghhom kienu jmorru japplikaw l-iskola li kienet toffri l-kors li xtaqu. L-incidenza ta' l-istudenti li japplikaw f'aktar minn skola wahda, biex jassiguraw post f'xi skola kienet kbira. L-iskejjel qatt ma kienu jkunu jafu minn fost dawk l-istudenti li applikaw min ser jitfacca fl-ewwel gurnata ta' l-iskola.
Barra minn hekk l-istudenti li kienu japplikaw f'xi skema ta' apprendistat kienu jridu jirregistraw ghand l-ETC, Hal Far u ghand id-Dipartiment tas-Servizzi Socjali.
Il-Prospectus ghalhekk jinkorpora fih kull ma wiehed ghandu b\onn biex jinforma ruhu u japplika ghal xi kors post-sekondarju
Id-Dipartiment haseb biex jipprovdi one stop service f'post centrali - l-iskola Primarja tal-Furjana, fejn l-istudenti jsibu dak kollu li ghandhom b\onn.
Kull skola ghandha kamra armata b'numru ta' skrivaniji. L-istudenti flimkien mal-genituri taghhom jinghataw attenzjoni individwali mill-ghalliema u hafna drabi mill-Kap ta' l-iskola.
Min ghandu xi dubbju jinghata kull ghajnuna mill-guidance teachers li flimkien ma' xi ghalliema u mal-Kap ta' l-iSkola jidhlu b'mod volontarju. Min ghadu ghal kollox incert jista' jsib aktar ghajnuna mill-Guidance and Counselling Unit ftit passi boghod mill-iskola.
Min jilqa' l-applikazzjonijiet jassigura li l-applikazzjoni fiha l-informazzjoni li hemm b\onn u l-istudenti ghandhom il-kwalifiki mehtiega biex jigu accettati. L-istudenti jinghataw kopja (carbon) ta' l-applikazzjoni taghhom bhala rcevuta u biex ikollhom record tat-talba taghhom.
Permezz ta' dan ic-Charter id-Dipartiment qed iwieghed:
Ø Li jaghti l-attenzjoni xierqa lil kull individwu;
Ø Li jippubblika r-ri\ultati fi \mien hdax-il jum ta' xoghol;
Ø Li jaghti sodisfazzjon dwar ir-ri\ultati lil kull min jitlob permezz ta' formola li tingabar mill-customer care jew tista' tkun downloaded min fuq il-website (Din il-wieghda tista' ssir ghaliex gie \viluppat programm ikkomputerizzat)
Dan il-programm jghin biex jinhargu r-ri\ultati f'qasir \mien minghajr il-b\onn ta' overtime, u biex jitmlew il-postijiet vakanti kwa\i kollha skond l-ewwel, it-tieni jew it-tielet gha\la ta' l-istudenti. B'hekk jintlahaq skop iehor tas-Servizz Pubbliku li jtejjeb u jkattar s-servizz minghajr ma ti\died l-ispi\a.
Service Charter - Korsijiet ghall-Adulti u ta' Filghaxija
Sa ftit \mien ilu kull min kien jixtieq jabbona f'wiehed mill-korsijiet ghall-adulti kien ikollu jmur id-Dipartiment u jitlef nofs ta' nhar xoghol biex imbaghad forsi jsib li il-klassi ghall-kors li jixtieq isegwi tkun mimlija. Madwar 5,000 ruh li kienu jirregistraw dak i\-\mien kienu jkollhom joqghodu fil-kju biex jinqdew.
Bl-ghajnuna tat-teknologija, is-sistema hi kompletament differenti. Id-Dipartiment investa fi programm komputerizzat adattat ghall-b\onnijiet tieghu u ghamel u\u minn Resource Centre e\istenti.
Id-dipartiment jippublika prospectus b'informazzjoni li tinkludi ghal kull suggett, il-mi\ata, il-granet u l-hin tal-post, il-lokal u sahansitra l-isem tal-ghalliem jew ghalliema. Dan il-prospectus flimkien ma' formoli ta' applikazzjoni jintbaghtu lill-Kunsilli Lokali u diversi postijiet ta' xoghol u libreriji. Il-kontenut tieghu jinstab ukoll fuq il-website tad-Dipartiment.
Ghadd ta' studenti mharrgin apposta jilqghu l-applikazzjonijiet fuq it-telephone. Dak il-hin stess li l-applikazjoni jigu rregistrati, il-kompjuter johrog ittra li taghti informazzjoni dwar il-kors u kif tista' thallas, jew ittra li tinforma l-applikant li qieghed fuq waiting list. L-ittra titpogga f'window envelope u tigi registrata. L-ghada l-applikant jista' jhallas permezz ta' cekk jew debit note jew f'wahda mill-ferghat ta' l-HSBC jew il-Bank of Valletta.
Is-sistema tohrog lista ta' partecipanti bid-dettalji taghhom lesta ghall-ghalliema.
Ir-ri\ultat ta' dan kollu hu:
Ø Servizz konvenjenti lic-cittadin
Ø Aktar efficjenza b'inqas tbatija u fuq kollox qed jkunu mimlija kwazi l-klassiiiet kollha.
Il-waiting list turi liema korsijiet huma l-aktar popolari. Id-Dipartiment qed izid dawn il-korsijiet u jaghlaq dawk li ma' jkunx hemm domanda ghalihom.
Permezz ta' dan it-tieni Charter id-Dipartiment qed iwieghed:
Ø Servizz kordjali
Ø Twegiba ghal kull applikazzjoni sa jumejn ta' xoghol wara li tkun ircevuta.
F'kelmtejn ta' l-okkazjoni, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea qal li fil-Ministeru tieghu issa hemm tmien Quality Service Charters.
Il-Ministru qal li hu ta sodifazzjon jara li d-dipartimenti tal-Gvern qed juru l-impenn taghhom biex itejjbu s-servizz lejn il-klijent. Meta wiehed jara l-ammont kbir ta' nies li ju\aw is-servizzi li huma offruti taht il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni wiehed jifhem kemm hu importanti li jkun hemm sistemi efficjenti biex in-nies jinqdew tajjeb u malajr. L-u\u tat-teknologija ghandu jkompli jghin biex is-servizz li jinghata mill-Gvern jitjieb u jikber. Il-Ministru semma l-passi importanti li qed jiehu l-Gvern pre\enti biex jittrasforma s-Servizz Pubbliku f'wiehed li jahdem bit-teknologija l-gdida elettronika - eGovernment biex ic-cittadin jinqeda b'aktar efficjenza, minghajr giri u tahbit fil-kuriduri tal-burokrazija . Il-Ministru temm jghid li hekk kif dehlin fl-era digitali, il-Gvern qed ihejji ruhu sew u b'mod konkret biex jilqa' ghal din l-isfida u jkun minn ta' quddiem f'dan il-qasam.
Il-Ministru Louis Galea rringrazzja lid-direttur Generali ta' l-Edukazzjoni s-Sur Charles Mizzi, lid-Direttur Joyce Pullicino u l-impjegati tad-Dipartiment ta' l-iStudji Oghla u Edukazzjoni ghall-Adulti tal-hidma taghhom biex gew addottati iz-Zewg Quality Service Charters
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN