STQARRIJA TAL-MINISTERU TA’ L-INTERN DWAR ALLEGAZZJONIJIET KONTRA L-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
pr1218
20/08/2001
| B’ referenza ghall-istqarrija ghall-istampa li | hareg il-bierah il-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppozizzjoni ghall-Intern, l-Onorevoli Gavin Gulia, il-Ministeru ta’ l-Intern jirrileva illi l-akkuza li saret illi l-Gvern qed jahsel idejh minn kwalunkwe indagini li qed issir dwar xi allegazzjonijiet kontra l-Kummissarju tal-Pulizija, hija infondata u ingusta. |
| Il-Gvern qatt ma jigi infurmat mill-Gudikatura meta | tkun qed issir inkjesta minn xi Magistrat u dana peress illi l-inkjesti magisterjali huma koperti bir-regola tal-konfidenzjalità. Il-Gvern qed isegwi din il-kwestjoni mill-qrib u jawgura illi l-affarijiet isiru sew, skond il-ligi u mhux lil hinn minnha, b’ rispett lejn il-principji tal-gustizzja naturali, u dana fi zmien qasir peress li ma hux accettabbli illi indagini fuq min jokkupa kariga importanti fl-Istat, hu min hu, titwal bla bzonn. |
| Il-Gvern ma jrid jaghmel xejn li b’ xi mod jindahal | fil-hidma ta’ organu iehor ta’ l-Istat u jistenna li kulhadd jerfa’ r-responsabbilitajiet tieghu meta jsiru allegazzjonijiet serji bhal dawn; lanqas ma hu se jahrab mid-dmirijiet tieghu jekk ic-cirkostanzi jindikaw li ghandu jintervjeni, izda jassigura lil kulhadd li dana jaghmlu b’ gustizzja ma’ kulhadd u skond il-ligi. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN