Left arrow Go Back

XOGHLIJIET FL-ISKEJJEL TA' L-ISTAT

pr1204
Date Icon 13/08/2001

'Il fuq minn nofs miljun lira qed jintefqu din is-sena fuq numru ta' xoghlijiet ta' refurbishment fl-iskejjel ta' l-iStat. Ghalkemm mhux ix-xoghol kollu jsir fix-xhur tas-sajf, hafna mix-xoghlijiiet jibdew u jitlestew matulu. B'kollox din is-sena, il-Gvern ivvota aktar minn 3 miljun lira ghal xoghlijiet ta' bini u titjib ta' l-iskejjel tal-Gvern.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea zar l-iskola Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa u l-iskola Lorenza Gafa' tal-Fortini, Birgu.

L-iskola Sir Temi Zammit - Imtarfa

Il-bini ta' l-iskola sekondarja Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa kien jintuza mis-Servizzi Inglizi bhala sptar (David Bruce Hospital) u f'nofs is-sebghinijiet sar skola. Ghalkemm l-iskola ghandha artijiet estensivi, l-iskola hi ikkoncentrata f'blokk ewlieni b'tliet sulari. L-iskola ghandha madwar 39 klassi u tilqa' madwar 380 student mil-lokalitajiet tal-Bahrija, Bugibba, Burmarrad, Buskett, Dingli, Manikata, Mellieha, Mgarr, Mtarfa, Qawra, Rabat, San Pawl il-Bahar u z-Zebbiegh.

F'dan is-sajf qed isir xoghol estensiv f'din l-iskola li jinkludi xoghol ta' twaqqieh, xoghol ta' gebel u soqfa, xoghol ta' plumbing, elettriku u drenagg, bdil ta' bibien u twieqi, xoghol fuq l-estern u xoghol ta' finitura. Dan ix-xoghol qed isir mill-kumpanija Kalaxlokk u se jiswa 'l fuq minn Lm 80,000. Il-parti l-kbira tax-xoghlijiet se jkunu lesti qabel ma tibda is-sena skolastika. Se jkun zgurat li x-xoghlijiet li jkun fadal ma jtellfux bl-ebda mod it-taghlim ta' l-istudenti.

L-iskola, mill-bidu tas-sena skolastika li jmiss se jkollha wkoll zewg workshops godda ghat-taghlim tat-teknologija. Se jibda xoghol iehor fuq zewg laboratorji tal-Kompjuters.

Waqt iz-zjara tieghu, il-Ministru Louis Galea tkellem ma' rapprezentant mill-kumpanija b.NEL Services Ltd. li qed taghti l-konsulenza taghha dwar il-probelma ta' l-irwejjah li jigu minn a\jenda li tkabbar il-faqqiegh taht l-iskola.

Taht l-iskola ta' l-Imtarfa hemm madwar tliet mili ta' mini li kienu jservu l-isptar matul il-gwerra. Dawn il-mini illum jintuzaw biex jitkabbru l-faqqiegh. Is-sitwazzjoni s'issa kienet li s-sistema tal-ventilazzjoni ttella' l-arja minn taht l-art ghal vicin l-iskola.

Il-konsulenti iddizinjaw pjan biex l-arja minn taht l-art tghaddi minn gandott apposta li filwaqt li se jkun qed jitfa' l-arja 'l boghod mill-klassijiet se jkollu filters biex jippurifikaw l-arja li tohrog. Il-Ministru qal li wara l-protesti li kienu saru mill-genituri, saru numru ta' laqghat ma' dawk kollha ikkoncernati inkluz il-Kap ta' l-iskola s-Sur Anthony Gatt li ha t-tmexxijja ta' l-iskola f'dawn l-ahhar xhur, biex tinstab soluzzjoni ghal din il-problema.

Il-Ministru zar ukoll l-iskola Lorenzo Gafa'. Din l-iskola originarjament kienet tintuza sew bhala Skola Primarja u anke bhala Skola tas-Snajja'. F'dawn l-ahhar snin serviet bhala Skola Sekondarja tas-subien. L-iskola kienet maghmula minn blokk ta' klassijiet b'bitha centrali zghira.

Biex l-istudenti jkollhom aktar facilitajiet fejn ikunu jistghu jirrikrejaw ruhhom giet akkwistata bicca art li nbidlet f' 'play area'. Ix-xoghlijiet f'din l-iskola jinkludu l-bini ta' blokk gdid li fih se jkun hemm \ewg laboratorji tax-xjenza, zewg laboratorji tal-kompjuters, workshop ghat-taghlim tat-teknologija, erba' klassijiet u spazji ghall-amministrazzjoni ta' l-iskola. Barra minn hekk qed isir refurbishment tal-blokk l-antik.

L-iSkola tal-Fortini tilqa' fiha qrib 250 student mil-lokalitajiet ta' B'Bugia, Cospicua, G'Mangia, Kalkara, M'Scala, Msida, Senglea, Vittoriosa, Xghajra, Zabbar u Sta. Lucia. Il-progett beda f'Awwissu 1999 u mistenni jkun kompletament lest sa l-bidu tas-sena skolastika li jmiss f'Ottubru 2001. Ix-xoghol kollu se jkun qam aktar minn nofs miljun lira.

Dan is-sajf qed isir xoghol fl-iskejjel:

Primarja 'A' u 'B' Birzebbuga;
Primarja Cospicua;
Primarja Gharghur;
Primarja Gzira;
Primarja Kalkara;
Primarja Lija;
Primarja 'A' u 'B' Qormi - San Gorg;
Primarja 'A' u 'B' Sta Venera;
Primarja 'A' u 'B' Zejtun;
School Complex Qrendi
Sekondarja F.X. Attard, Marsa;
Higher Secondary, Naxxar;
Stefano Zerafa, Naxxar;

Waqt iz-zjara l-Ministru Louis Galea qal li dan ix-xoghol qed isir biex l-iskejjel taghna joghlew fil-livell sa dak mehtieg mill-Kurrikulu Nazzjonali. Minbarra l-enfasi li jpoggi fuq il-htiega ta' ambjent sabih fl-iskejjel li jghin lit-tfal jitghallmu aktar, il-kurrikulu jesigi wkoll li jkun hemm kmamar apposta ghat-taghlim tat-teknologija, u suggetti ohra. Dan kollu, qal il-Ministru fisser li l-Gvern kellu jibda process accelerat ta' bini, refurbishment u maintenance ta' l-iskejjel tieghu. Il-Gvern diga' waqqaf il-Fondazzjoni ghall-iSkejjel ta' Ghada li se tkun qed tiehu f'idejha x-xoghlijiet mehtiega. Hu mistenni li filwaqt li tkun qed izzid l-ammont ta' xoghol u tizgura l-aqwa kwalita', il-Fondazzjoni se zzid l-efficjenza fl-infieq u fiz-zmien li jiehdu dawn il-progetti. Fit-tmien snin li gejjin din il-Fondazzjoni se tkun investiet aktar minn Lm 60 miljun fl-iskejjel ta' l-iStat.

Il-Ministru kompla jghid li bhalissa il-Fondazzjoni ghall-Iskejjel ta' Ghada qed jaraw x'se jkun il-futur ta' l-iSkola Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa. Il-Ministru tenna li l-bini ma kienx intenzjonat bhala skola u ghalhekk ma kienx facli tahdem f'din l-istruttura. Il-fatt li l-bini hu wiehed antik u protett mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ifisser li hemm limitazzjonijiet fix-xoghlijiet li jistghu isiru. L-indikazzjonijiet ghalhekk huma li 'l quddiem timbena skola gdida biex taqdi l-bzonnijiet ta' dawn il-lokalitajiet

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow