Left arrow Go Back

DIRETTORJU TA' NISA KOMPETENTI F'DIVERSI OQSMA QED JIGI MĦEJJI MID-DIPARTIMENT DWAR IN-NISA FIS-SOCJETÀ

pr1198
Date Icon 10/08/2001

In-nisa Maltin qegħdin jiġu mitluba jipparteċipaw fit-tħejjija ta' Direttorju ta' Nisa Maltin permezz ta' kwestjonarju li qiegħed jiġi mqassam lil nisa f'entitajiet pubbliċi u privati, fosthom il-Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi oħra, industriji u kumpaniji privati, lukandi u stabbilimenti tal-catering, skejjel u bereġ privati, kumpaniji tax-xandir, gazzetti, assoċjazzjonijiet professjonali, l-Universita` ta' Malta, partiti politiċi, trejd unjons, organizzazzjonijiet\fundazzjonijiet mhux professjonali, kumitati, kummissjonijiet, organizzazzjonijiet voluntarji u karitatevoli u gruppi komunitarji. Dan bl-iskop li jiġu inklużi nisa mill-akbar għadd ta' oqsma possibli, fosthom l-edukazzjoni, is-saħħa, is-servizzi legali, il-ħidma soċjali, il-politika, in-negozju, it-turiżmu, ix-xjenza u t-teknoloġija, it-telekomunikazzjoni, ix-xandir, l-affarijiet barranin, id-drittijiet umani, il-protezzjoni ta' l-ambjent u s-servizzi tas-sigurta`.

Dan il-proġett hu xogħol id-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Soċjeta` fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali, li bħalissa qiegħed jaġġorna d-Direttorju ta' Nisa Maltin, bażi ta' data li nbdiet fis-snin li għaddew bl-iskop li tagħti viżibilita` lil nisa kompetenti f'diversi oqsma, u biex tkabbar l-opportunijatiet tan-nisa biex jidħlu f'karigi ta' tmexxija u responsabbilta` fil-livelli kollha tal-proċess ta' l-iżvilupp ta' Malta.

L-informazzjoni miġbura f'din il-bażi ta' data ser tinkludi l-kwalifiki, l-kapaċitajiet, u l-esperjenza ta' nisa Maltin fid-diversi oqsma tas-soċjeta`, u ser tinġabar f'Direttorju li ser joħrog fuq il-website tad-Dipartiment, flimkien mal- kwestjonarju. Sussegwentament, ministeri u departimenti, assoċjazzjonijiet lokali, organizzazzjonijiet, trejd unjons u entitajiet oħra jistgħu jagħmlu użu minn dan id-Direttorju u jidentifikaw persuni biex iservu f'bordijiet u kumitati tal-Gvern, u bħala kelliema f'seminars, konferenzi, diskussjonijiet u programmi televiżivi u tar-radju. Id-Dipartiment u organizzazzjonijiet oħra jistgħu wkoll jużaw id-Direttorju bħala punt ta' referenza għal nisa esperti meta jinħoloq il-bżonn tal-pariri u\jew il-parteċipazzjoni tagħhom f'oqsma differenti. Id-Direttorju se jintuża wkoll bħala sors ta' kuntatti għall-attivitajiet tad-Dipartiment.

Id-Direttorju ta' Nisa Maltin għandu jkun kruċjali sabiex uffiċjali f'pożizzjonijiet ta' tmexxija jaħdmu għal rappreżentanza ta' nisa u rġiel aktar bilanċjata fl-oqsma u fil-livelli kollha tas-soċjeta` Maltija. Dan jikkonforma ma' l-għanjiet tar-Raba' Programm ta' Azzjoni għall-Opportunitajiet Indaqs bejn Nisa u Rġiel (1996-2000) ta' l-Unjoni Ewropea, u ma' inizjattivi tal-Commonwealth biex jissaħħaħ l-avvanz tal-mara f'pożizzjonijiet aktar għolja f'kull taqsima. B'hekk id-Direttorju għandu jgħin biex ikun hemm ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet skond il-leġiżlazzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi li għandha tiġi fis-seħħ sa l-aħħar ta' l-2002. Għalhekk id-Direttorju huwa pass ieħor fl-avvanz fil-politika tal-Gvern għall-ugwaljanza bejn is-sessi f'Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow