Left arrow Go Back

KORS DWAR L-ARKITETTURA BAROKKA

pr1168
Date Icon 03/08/2001

Siltiet minn diskors li l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech għamel meta nieda "pre-tertiary Certificate Course in Baroque Architecture"

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li kulma jmur il-poplu Malti qed isir aktar konxju mill-patrimonoju storiku, artistiku u kulturali li għandna f'pajjizna, li jmur lura 7,000 sena. Dan wassal biex żdied bil-kbir ix-xogħol ta' restawr fil-pajjiż sew mill-Proġetti għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, tal-Kottonera u l-Imdina u anke mill-Unit għar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent. Wassal ukoll biex twaqqaf f'Malta ċ-Ċentru għar-Restawr bl-iskop li jservi ta' "sptar ta' taghlim" fl-oqsma tal-konservazzjoni u r-restawr ta' wirt kulturali.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li minħabba l-istorja millenarja ta' pajjiżna għandna diversi stili arkitettonici differenti li jagħmlu mill-gżejjer Maltin pajjiż uniku għal studju fil-fond ta' dawn l-istili. Dan qed iwassal għal inizjattivi li jissarrfu f'parteċipazzjoni popolari akbar fl-istorja ta' artna.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Istitut Internazzjonali għal Studji fil-Barokk fl-Universita' ta' Malta, flimkien mat-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru għall-Ambjent, qed jorganizzaw kors part-time ta' sena għal ċertifikat pre-terzjarju f'Arkitettura Barokka. Dan il-kors se jibda f'Ottubru 2001. Hu qal li dan il-kors hu maħsub li jipprovdi sisien wiesgħa fl-Arkitettura Barokka billi jirrikonċilja l-aspetti ta' teorija ma' xogħol prattiku fuq is-sit. Ħekk il-parteċipanti jkunu jistgħu jispeċjalizzaw permezz ta' proġetti u esperjenza li jiggwadanjaw fuq ix-xogħol.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien jemmen li permezz ta' dan il-kors il-partecipanti jkunu kapaci jizviluppaw is-snajja mehtiega biex jifhmu ahjar l-arkitettura Barokka u anke jiddistingwu bejn l-istili arkitettonici differenti.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li t-tagħlim dwar l-istili arkitettoniċi kien importnti speċjalment f'xogħol ta' restawr u riabilitazzjoni ta' bini qadim. Qal li ħafna bini qadim tilef l-karatteristici tiegħu għaliex sar tibdil fih li ma kienx kompatibbli ma' l-istil li fih kien mibni. Fakkar li meta bini qadim jitlef dawn il-karatteristici ma jkunux intilfu biss għal min ikun joqgħod fih. It-telf ikun wieħed għall-pajjiż kollu.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien jemmen li korsijiet bħal dawn jkomplu jgħinu biex min jaħdem fil-qasam tal-bini, u partikolarment fil-qasam tar-restawr, isir aktar konxju mix-xogħol li jkun qed jagħmel. Qal li l-bini f'pajjiżna hu wirt nazzjonali li għandna inħarsuh għalina u għal uliedna u anke biex nattiraw lejn pajjiżna aktar turisti li jiġu fostna għall-istorja li għandna.

Il-Ministru ghall-Ambjent awgura parteċipazzjoni wiesgħa f'dan il-kors biex aktar persuni jaghtu l-kontribut tagħhom ħalli jitħares il-patrimonju storiku u artistiku ta' pajjiżna

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow