IL-MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD JAGHTI DONAZZJONI FI FLUS LID-DAR TAL-PROVIDENZA
Il-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, dalghodu ta donazzjoni sabiha fi flus ta' madwar Lm2,000, kif ukoll xi pjanti lid-Dar tal-Providenza tas-Siggiewi. Dawn il-flus ingabru minn pjanti li gew mibjugha mill-fergha li kellu d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fil-Fiera Internazzjonali li saret fin-Naxxar ix-xahar li ghadda, filwaqt li l-pjanti tkabbru fic-Centru tal-Bioteknologija tal-Pjanti li jinsab f'Hal-Lija.
Il-Ministru Ninu Zammit fahhar u nkoraggixxa l-inizjattiva tad-Dipartiment li permezz ta' dan il-gest ta' solidarjeta' qed jghin ghaqdiet bhal dawn biex ikunu jistghu ilahhqu ma' l-ispejjes rikorrenti taghhom. Hu kompla jghid li din id-Dar hija ezempju car ta' kemm f'pajjizna hawn min ghandu bzonn l-ghajnuna ta' haddiehor u ghalhekk inizjattivi ta' din ix-xorta jghinu Ghaqdiet Filantropici ta' dan it-tip fl-attwazzjoni tal-hidma siewja taghhom.
Ninu Zammit zied jghid li l-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd, ghalkemm ghandu hafna mpenji, dejjem ihalli lok ghal attivitajiet u inizjattivi bhal dawn ghax jemmen li mill-hajja normali ta' kuljum kulhadd ghandu jiddedika ftit hin u jahseb f'dawk in-nies anqas ixxurtjati minnha. Hu qal ukoll li fil-prezent pajjizna hu mpenjat bis-shih sabiex nsiru membri shah ta' l-Unjoni Ewropea. Dan jinvolvi hafna xoghol li bazikament hu marbut ma' ristrutturar biex il-bdiewa, rahhala u sajjieda Maltin jigu mghejjuna u mharrga bil-ghan li jsiru aktar efficjenti kif ukoll biex bil-hidma taghhom jipproducu varjeta' ta' prodotti ta' ikel bnina u prezentabbli filwaqt li jkollhom dhul xieraq u gust.
Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd temm jghid li f'dan il-mument hekk importanti ghal pajjizna kulhadd ghandu jigbed habel wiehed. Kulhadd ghandu jifhem li l-ingann ma jaghmel gid lil hadd u ghaldaqstant ilkoll kemm ahna ghandna nimpenjaw rwiehna biex b'koperazzjoni konkreta nkomplu nsahhu l-qasam agrikolu b'mod li nzommuh sostenibbli
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN