Left arrow Go Back

ESPERJENZA TA' XOGHOL GHALL-ISTUDENTI

pr1165
Date Icon 03/08/2001
Ghar-raba' sena konsekuttiva grupp ta' 35 studenttar-raba' u l-hames sena mill-iskola sekondarja tas-subien Lorenzo Gafa' hadu sehem f'kors ta' esperjenza fuq post tax-xoghol fit-Training and Development Unit tal-Malta Drydocks (MDD).
Dan huwa parti mill-ftehim ta' sponsorshipiffirmat f'Novembru ta' l-1997 bejn l-iskola u l-MDD. Il-Kors kien ta' hames gimghat, mit-Tnejn 2 ta' Lulju sal-Gimgha 3 ta' Awissu 2001. Matul il-Kors, l-istudenti kellhom lezzjonijiet fuq l-etika u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol u sessjonijiet prattici ta' taghlim f'dawn l-isnajja’: Electrical, Sheet Metal, Bench Fitting, Welding, Lathe Work, Pipe Fitting, Aluminium Work u Technical Design. L-istudenti inghataw ukoll remunerazzjoni ta' Lm 12 fil-gimgha bhala parti mill-ftehim.
L-iskola kienet inkwadrat il-proposta ghal danil-ftehim b'dawn il-kunsiderazzjonijiet:

L-istudenti gejjin kollha mill-inhawi tal-Kottonera;

Hafna mill-genituri jew qraba ta' l-istudenti huma haddiema tat-tarzna;

Investiment min-naha tat-Tarzna fl-edukazzjoni ta' dawn l-istudenti jista' jkun ta' gid ghall-istess tarzna meta whud minn dawn l-istudenti 'l quddiem jidhlu jahdmu fiha;

Din l-inizjattiva sseddaq l-image tal-hidma tat-Tarzna ta' Malta ghaliex hija xhieda ta' l-impenn taghha li tikkontribwixxi b'mod konkret ghall-I\vilupp socjo-edukattiv tal-Kottonera.

Dan il-ftehim ta' hames snin sponsorship mal-MDD, minbarra li huwa ta' beneficcju edukattiv kbir ghall-istudenti, u ghall-iskola, irnexxielu johloq holqa tangibbli ta' kooperazzjoni bejn l-iskola u l-industrija u kien ta' ezempju ghal inizjattivi simili minn skejjel sekondarji u industriji ohra. Barra minn hekk, anticipa wiehed mit-targets ewlenin tal-Pjan Strategiku ghat-twettieq tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, dik li tqarreb l-iSkejjel lejn id-Dinja tax-Xoghol.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, fl-gheluq il-kors qal li dan hu t-tip ta' kollaborazzjoni li ghandhu jkun hemm bejn l-iskejjel u l-industrija, tishib li joffri vantaggi ghaz-zewg nahhat. Il-Ministru heggeg lill-istudenti li ghadhom kemm temmew dan il-Kors biex dejjem ikomplu jfittxu opportunitajiet biex jitharrgu u jizviluppaw is-sengha taghhom. Il-Ministru semma in-numru kbir ta' korsijiet li qed joffri l-Kullegg Malti ghall-Arti Xjenza u Teknologija bhala ezempju ta' kif wiehed jista' jkompli jitharreg mhux biss ghal dawk li ghadhom kif temmew il-livell sekondarju i\da wkoll ghal dawk kollha li jew qedin jahdmu jew inkella jixtiequ jibdew jahdmu.


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow