Left arrow Go Back

KAMPANJA TA' TINDIF TA' QIEGĦ IL-BAĦAR

pr1162
Date Icon 02/08/2001

Siltiet minn diskors li l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech għamel meta ngħata bidu għal kampanja ta' tindif ta' qigħ il-baħar li tnediet f'Birżebbuġa


Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li bħal fis-snin l-imgħoddija din is-sena wkoll il-Ministeru għall-Ambjent qed iniedi kampanja għal baħar aktar nadif bl-iskop li l-pubbliku jsir aktar konxju mill-ħtieġa li ma jintrama' xejn fil-baħar u biex nżommu x-xtajtiet indaf.


Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal ikun kollu għalxejn li l-Gvern jieħu l-passi biex jitħarsu speċi marittimi kif sar permezz ta' Avviz Legali 161 ta' l-1999 jekk imbagħad nibqgħu narmu skart ta' kull tip fil-baħar b'dannu għal dawn l-ispeċi. Hu qal li bis-saħħa ta' Avviz Legali 161 ta' l-1999 Malta ġiet konformi ma' l-emendi li saru għall-Konvenzjoni ta' Berna u mal-Protokoll dwar Inħawi Mħarsa b'mod Speċjali d-Diversivita' Biologika tal-Mediterran (SPABIM) tal-Konvenzjoni ta' Barcelona. Hu qal li l-ekosistemi ta' madwar ix-xatt, sew tal-baħar fil-baxx kif ukoll dak fil-fond, issirilhom hsara minn kulma jintefa' fil-baħar l-aktar jekk ikun materjal li jniġġeż.


Il-Ministru ghall-Ambjent fakkar li l-baħar li jdawwar l-gżejjer Maltin hu sors naturali importanti għal pajjiżna sew għaliex nagħmlu użu minnu għal skopijiet kummerċjali, l-aktar għas-settur turistiku, kif ukoll ghaliex minnu nipproducu parti sostanzjali mill-ilma li nixorbu permezz ta' l-impjanti tar-reverse osmosis.


Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li tul dawn l-aħħar snin kiber f'pajjiżna s-settur turistiku ta' barranin li jiġu jżuruna biex jghoddsu u hekk jammiraw il-meravilji li jezistu f'qiegh il-baħar madwarna. Qal li jekk nħammġu qiegħ il-baħar tintilef is-sbuħija taħt il-wiċċ u jkunu perikolati l-ħlejjaq li jgħixu fih li mhux biss ma jkomplux joktru iżda jinqerdu.


Il-Ministru għall-Ambjent qal li bl-iskop li jkompli jnaqqas it-tniġġiż mill-baħar il-Gvern preżenti hu impenjat li jibni dawk l-impjanti neċessarji għat-tisfija tad-drenaġġ kollu fis-snin li ġejjin. Il-Ministru qal li dan ix-xogħol se jsir wara li ħames snin ilu saru xogħlijiet estensivi biex tissaħħaħ is-sistema tad-drenaġġ f'lokalitajiet qrib il-baħar. Hu fakkar li sa dak iż-żmien il-bajjiet kollha popolari ta' pajjiżna ma kenux tajbin għall-għawm minħabba d-drenaġġ li kien jisbokka fihom. Illum meta nitkellmu dwar partijiet minn bajjiet li fihom m'għandux isir għawm inkunu qed nirreferu għal dawk il-partijiet maghluqa fejn jintrabtu d-dgħajjes u fejn m'hemmx ċirkolazzjoni ta' ilma baħar bir-riżultat li mhux rakkomandat li jsir għawm iżda mhux għaliex hemm tniġġiż mid-drenaġġ fihom

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow