TINDIF U TISBIĦ F'WIED IL-KBIR
pr1159
02/08/2001
| Siltiet minn diskors li l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech għamel meta żar xogħol | ta' tindif, tisbiħ u tiswijiet f'Wied il-Kbir minn ħaddiema tal-Unit għall-Ambjent NadifIl-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li t-tindif tal-widien hu parti importanti mix-xogħol li l-Unit għall-Ambjent Nadif fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent qed iwettaq. Qal li ħidma bħal din tgħin mhux biss biex jissebbħu dawn il-widien u l-kampanja ta' pajjiżna iżda biex l-ilmijiet li jinżlu mill-inħawi ta' madwar ikollhom minn fejn igħaddu mingħajr xkiel u mingħajr ma ssir ħsara. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li Wied il-Kbir, li jibda minn Triq Luqa f'Hal Qormi u jispiċċa f'Wied Qirda f'Ħaż-Żebbuġ, hu twil madwar tliet kilometri. Qal li dan ħu wieħed mill-aktar widien importanti fil-gżejjer Maltin għaliex jiġbor l-ilma tax-xita minn Wied Qirda u Wied Baqqiegħa, f'Ħaz-Żebbuġ, mis-Siġġiewi u Ta' Kandja. L-ilma minn dan il-wied imbagħad jibqa' nieżel 'l isfel minn Wied iċ-Ċawsli, iċ-Ċentru Sportiv fil-Marsa u jisbokka fil-baħar fid-daħla tal-Marsa. Il-Ministru għall-Ambjent qal li f'dan il-wied ħaddiema mill-Unit għall-Ambjent Nadif qed jagħmlu xogħol ta' tindif, tisbiħ, formazzjoni ta' l-ilqugh fil-ġnub tal-wied u tiswijiet ta' l-ilqugħ eżistenti f'nofs il-wied. Hu qal li x-xogħol inbeda f'Ġunju u s'issa diga tneħħew 4000 tunnellata ta' materjal li l-parti l-kbira minnu kien depositat fl-inħawi qrib l-istess wied. Qal li bħalissa qed isir ukoll xogħol fuq l-ewwel ilqugħ f'Luqa Road, Qormi filwaqt li qed jitħejjew pjanti għall-bini ta' pont aktar 'l fuq. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-parti l-kbira tal-pontijiet li hemm se jkollhom jinbnew mill-ġdid minħabba li m'għadhomx ilaħħqu ma' l-ilma tax-xita u anke għaliex għandhom ħsarat strutturali kbar. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fix-xhur li ġejjin. |
| IIl-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Unit għall-Ambjent Nadif din | is-sena kompla bil-ħidma importanti tiegħu biex iżomm fi stat tajjeb is-sistemi li minnhom igħaddi l-ilma tax-xita. Qal li s'issa diġa tnaddfu 7.5 kilometri ta' gandotti ta' l-ilma f'toroq arterjali jew distributorji u tnaddfu u ssewwew 400 storm-water catchment pits. Inbniet ukoll sistema twila 232 metru ta' gandotti għall-ilma fi Triq il-Qasam, Swieqi u sistema ta' gandotti fl-inħawi ta' l-Erba' Qaddisin f'Ħal-Qormi. Barra minhekk tnaddfu u nqata' l-ħaxix minn madwar 300 kilometru ta' toroq, tkaħħlu u nżebgħu madwar 14,000 metru kwadru ta' roundabouts u centre-strips, ssewwew 44 roundabout u 312-il metru ta' centre-strips. Il-Ministru għall-Ambjent qal li dan il-Unit jagħmel diversi xogħlijiet oħra fosthom it-tneħħija ta' posters, tbattil ta' litter bins, tindif ta' pedestrian underpasses, ħasil u tindif ta' mini, tindif regolari tal-Bus Terminus barra Bieb il-Belt, tindif wara l-ħin tas-suq f'St. James Ditch il-Floriana u tindif bil-bowser ta' l-inħawi ta' Bieb il-Belt u x-Xatt ta' Pinto fil-Marsa. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dan il-Unit, minbarra li jagħmel xogħol ta' supervizjoni tal-kuntratturi li jnaddfu it-toroq arterjali u distributorji, ta sehem importanti fil-kampanja li qed issir biex jitnaddfu miżbliet li jinbtu minn żmien għal żmien f'Malta u li huma r-riżultat ta' l-irresponsabbilta' u n-nuqqas ta' sens ċiviku ta' ċerti nies li jarmu dak li jkollhom fejn ġie ġie. Hu qal li l-Unit għall-Ambjent Nadif naddaf u neħħa 90 tunnellata ta' materjal minn Ħal Farruġ limiti ta' Ħal Luqa, 14 il-tunnellata minn Old Valletta Road fiż-Żurrieq, 201 tunnellata minn diversi toroq fil-Mosta, 46 tunnellata minn High Ridge s-Swieqi, 14-il tunnellata minn madwar it-torri ta' San Luċjan, f'Marsaxlokk, 65 tunnellata minn Triq il-Baċir, Kordin, 20 tunnellata mill-inhawi ta' Ħal Far u 203 tunnellati minn Triq Ġorġ Mitrovic l-Imsida. Il-Ministru Francis Zammit Dimech appella biex kulħadd jagħti sehmu ħalli l-widien u l-kampanja ta' pajjiżna nżommuhom indaf. Hu qal li dawn huma parti importanti mill-ambjent naturali ta' pajjiżna li għandna ngħożżu u nħarsu biex ngħadduh aħjar milli hu lill-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu warajna |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN