JILTAQA' GHALL-EWWEL DARBA L-KUNSILL KONSULTATTIV DWAR L-EKONOMIJA
Fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici llum saret l-ewwel laqgha tal-Kumitat Konsultattiv li twaqqaf fi hdan l-istess Ministeru biex jaghti pariri lill-Gvern dwar il-politika ekonomika u fl-istess waqt jghin biex Malta ssir aktar maghrufa fost l-investituri barranin.
Dan il-Kunsill, li hu presedut mill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, Prof. Josef Bonnici, hu maghmul minn persuni ta' dixxendenza Maltija jew li twieldu Malta u li ghamlu isem barra minn Malta fil-qasam ekonomiku.
Dawn il-persuni, li kollha ghazlu li jservu f'dan il-Kunsill fil-kapacitàpersonali taghhom u minghajr ebda hlas, huma:
is-Sur Jonathan Calascione Senior Partner, Monitor Strategies, UK
is-Sur Franco Cassar Loporto Managing Director, SG Hambros, Gibraltar
is-Sur Roderick Chalmersex Managing Director, PWC, UK
is-Sur John d'Ancona Konsulent, Oil & Gas, UK
il-Prof Edward de Bono Founder, Institute for Cognitive Studies
Dr Michael Gera Partner, Pond Investments, UK
Is-Sur Paul Manduca Chief Executive, Rothschild Asset
Management, UK
Is-Sur Pier Massa Vici President, Canadian Imperial Bank of
Commerce, Kanada
Dr Alex Mifsud Konsulent, Arthur D Little, UK
is-Sur Arthur Soler President, Cadbury, Trebor Allen Inc., Kanada
Is-Sur Frank Zarb Chairman, NASDAQ, USA
Membru iehor hu l-Prof Rev Peter Serracino Inglott, ex Rettur ta' l-Universitàta' Malta
Ghall-ewwel laqgha tal-lum ma setghux jattendu Dr Michael Gera u s-Sinjuri Paul Manduca u Frank Zarb minhabba mpenji ohra, ghalkemm mistennija jigu Malta ghat-tieni laqgha li ghandha ssir aktar tard din is-sena.
Fl-introduzzjoni tieghu, il-Ministru Bonnici spjega li dan il-Kunsill twaqqaf biex jaghti pariri fit-tfassil ta' strategija nazzjonali dwar l-izvilupp ekonomiku li qed isir taht id-direzzjoni tal-Malta Enterprise Board (MEB), li nholoq bhala mizura amministrattiva fi hdan il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici bhala parti mir-ristrutturar li qed issir fl-istess Ministeru.
Il-Ministru Bonnici zied li l-iskop tal-MEB, li hu wkoll presedut minnu, hu li jikkoordina b'mod aktar effettiv il-hidma tal-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp (MDC), il-Korporazzjoni Maltija ghall-Kummerc Barrani (METCO), l-Istitut ghall-Promozzjoni ta' l-Imprizi (IPSE) u l-Malta Investment Management Co Ltd (MIMCOL), u biex jaghti pariri dwar materji strategici li jikkoncernaw il-politika tal-Gvern dwar l-izvilupp industrijali u l-intrapriza.
Dan il-Bord jikkonsisti mic-Chairpersons tal-MDC, METCO, IPSE u MIMCOL, mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, kif ukoll minn diversi persuni ohra ta' esperjenza fil-kapacitàpersonali taghhom. Dan il-Bord jiltaqa' medja ta' darbtejn fix-xahar.
B'riferenza ghall-Kunsill Konsultattiv, il-Ministru Bonnici qal li l-persuni li accettaw li jservu fih ghandhom esperjenza twila fil-qasam taghhom kif ukoll kuntatti li minnhom Malta tista' tibbenefika hafna ghax jipprovdu lil pajjizna b'opportunitajiet godda ghal investiment dirett minn barra.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN