DAY CENTRE GHALL-ANZJANI F'SAN PAWL IL-BAHAR
Waqt l-inawgurazzjoni ta' 'Day Centre' f'San Pawl il-Bahar, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, it-Tabib Antoine Mifsud Bonnici qal li madwar 900 anzjan/a jattendu l-ghaxar 'Centri ta' matul il-Jum' f'Malta. Dawn ic-'Centri ta' matul il-Jum' joffru opportunitajiet lill-anzjani jiltaqghu flimkien, jaqsmu l-ferh, il-problemi taghhom, jiddiskutu, u fuq kollox jikkumbattu dik is-solitudini li jistghu jsibu ruhhom fiha. L-anzjani jigu motivati biex ikunu attivi u jaghtu s-sehem taghhom sabiex jibqghu ihossuhom parti integrali mis-socjetà Maltija, u verament noholqu "Socjeta' ghal kull eta".
Is-Segretarju Parlamentari kompla jghid li l-Gvern huwa kommess li jkompli jzid u jsahhah is-servizzi ghall-anzjani fil-komunità. Aktar Kunsilli Lokali qed jirrejalizzaw l-importanza ta' dawn ic-Centri fil-lokalità taghhom biex l-anzjani jibbenefikaw minn servizzi bhal dawn, offruti lilhom. Huwa qal li s-Segretarjat fil-Ministeru ghall-Politika Socjali u l -Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Bahar - fejn hawn madwar 1600 anzjan/a, fehmu l-importanza ta' dan ic-Centru, u flimkien hadmu sabiex dan il-progett jintlahaq.
Dr Mifsud Bonnici rringrazzja b'mod specjali lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Bahar, specjalment lis-Sindku, is-Sur Paul Bugeja, ta' l-impenn u l-inizjattiva li hadu biex dan ic-centru seta' jsir realtà. Il-Kunsill Lokali ha hsieb li jattrezza dan ic-centru mill-finanzi tieghu.
Waqt intervent li ghamel qabel ma' gie inawgurat ufficjalment dan ic-Centru, il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, fakkar kif kien dan il-Gvern li nibbet mill-eghruq is-servizzi ghall-anzjani fil-komunità, li llum tant huma ta' beneficcju ghall-eluf ta' anzjani li jkunu jixtiequ jibqghu jghixu fil-komunità u jkomplu jgawdu l-hajja socjali flimkien mal-qraba u l-girien taghhom.
Dan ic-Centru, qal il-Ministru Gonzi huwa holqa ohra fil-katina ta' Centri li jinsabu mferrxin ma' Malta u Ghawdex, u li aktar ma jmur aktar qed jizdiedu, peress li anki l-Kunsilli Lokali qed jirrealizzaw l-importanza ta' Centri bhal dawn, li jkomplu jsostnu ambjent ta' solidarjetà fil-lokal. Il-Ministru Gonzi fahhar din l-inizjattiva u heggeg sabiex aktar Kunsilli Lokali specjalment f'dawk il-lokalitajiet li ghandhom numru mdaqqas ta' anzjani, jissiehbu mal-Gvern sabiex joholqu aktar possibiltajiet ta' partecipazzjoni atttiva ghall-anzjani.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN