Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. DR. GEORGE HYZLER, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI WAQT IL-KONFERENZA ORGANIZZATA MILL-AWTORITA’ MARITTIMA TA’ MALTA: "Il-Portijiet f’Malta – Lejn Politika Nazzjonali Komuni dwar il-Portijiet" – SLIEMA

pr1124
Date Icon 26/07/2001
Huwa pjacir tieghi nindirizza din il-konferenza "Il-Portijiet f’Malta– Lejn Politika Nazzjonali Komuni dwar il-Portijiet" Din l-inizjattiva ghandha tghin biex pajjizna jkompli jikkonsolida l-posizzjoni tieghu fis-settur marittimu. L-industrija marittima minn dejjem kellha sehem importanti fl-ekonomija ta’ pajjizna. Illum din l-industrija ghandha sehem aktar importanti fit-tkabbir tal-prosperità ekonomika, ghaliex dan is-settur jibqa’ wiehed mill-muturi fil-generazzjoni tal-gid f’pajjizna.
Il-Gvern hu impenjat bis-shih li jsahhah u jippromwovi l-kummercmarittimu u qed jinvesti bil-qawwi rizorsi vari f’dan ir-rigward. Xhieda ta’ dan hu l-investiment qawwi li sar fil-Port Hieles, li jinsab fost l-ewwel tliet portijiet tat-trasbord fir-regjun tal-Mediterran u li fil-prezent qed jimmaniggja aktar minn miljun TEU’s fis-sena. Dan il-volum ta’ xoghol jista’ jinkiseb ghaliex il-Port Hieles ta’ Malta ghandu isem tajjeb u ghaliex diversi kumpanniji ta’ fama ghazluh bhala centru ta’ trasbord ghall-operat taghhom. Permezz ta’ servizzi regolari ta’ linji il-Port Hieles qed igawdi xibka ta’ konnettivita ma’ aktar minn mitt port madwar id-dinja kollha.
Wiehed jista wkoll isemmi progetti infrastrutturali ohra sinjifikantibhal, per ezempju il-"cruise passenger terminal" fil-Belt Valletta, il-progett tax-Xatt tal-Kottonera u dak tac-Cirkewwa – Mgarr ferry terminals. Madankollu, il-Gvern mhux qieghed jiddedika l-energiji tieghu kollha fuq progetti infrastrutturali biss izda anke fuq progetti ta’ natura legali, amministrattiva u akkademika f’dan is-settur li jwassalna ghar-raguni ghaliex qeghdin hawn illum.
L-iskop ta’ din il-konferenza mhuwiex biex nfasslu politikanazzjonali komuni tal-portijiet, imma biex nirrevedu l-istudji li saru fuq dan is-suggett sal-lum; liema skop ihejji bazi konkreta ghal din il-politika komuni kif ukoll biex niddiskutu zviluppi necessarji sabiex nissoktaw insahhu il-posizzjoni ta’ Malta fil-livell internazzjonali. Bla dubju dan il-forum ghandu il-possibiltajiet kollha necessarji biex jilhaq din il-mira meta wiehed iqis li l-atturi principali fl-industrija marittima qeghdin jiehdu sehem f’dan l-avveniment.
Fit-tfassil tal-Politika Nazzjonali Komuni, attenzjoni partikolarighandha tinghata lill-proposti attwali li jghoddu ghal politika ta’ Portijiet fl-Unjoni Ewropea, ghaliex dawn ghandhom implikazzjonijiet importanti ghat-tmexxija u ghal-operat futur ta’ portijiet Ewropej, ghal dawk li jaghmlu uzu minnhom u ghal dawk li ghandhom x’jaqsmu mal-pjan strategiku ta’ zvilupp tal-Belt Valletta ikkummissjonat mill-Awtorita Marittima ta’ Malta. Dan il-pjan huwa gia approvat mill-Kabinett tal-Ministri, li rrakomanda l-izvilupp ta’ pjan inizjali ta’ implementazzjoni. Dan ta’ l-ahhar gia sar u kull ma’ baqa’ huwa l-konkluzjoni ta’ "Impact Assessment" ghall-addozzjoni ta’ l-Acquis ta’ l-Unjoni Ewropea. Huwa mistenni li dan ser jkun jista’ jitqassam fil-gejjieni, billi ma jidhirx li hemm diffikultajiet fl-eghluq provisorju tal-Kapitlu tat-Trasport u l-Portijiet.
L-"Impact Assessment" ghall-adozzjoni ta’ l-acquisjirrakomanda li l-Politika Nazzjonali Komuni ghandha tkun uniformi ghall-portijiet kollha tal-gzira. Bhalissa, l-funzjoni ta’ awtorita’ fil-poritijiet ghall-portijiet kollha ta’ Malta huma fdati f’idejn il- "Ports Directorate" tal-Awtorita Marittima ta’ Malta. Din ghandha ir-rwol regolatorju li tassigura li tinzamm l-ordni fl-ibhra territorjali, li jinkludu bajjiet u portijiet ta’ Malta. Dan id-Direttorat jikkontrolla wkoll ix-xoghol fil-portijiet;, il-provista ta’ facilitajiet varji marittimi; kif ukoll il-prevenzjoni u kontroll ta’ inkwinament. Fil-kapacita` amministrattiva, id-dirigenti taghha huma fdati bl-ippjanar, zvilupp, riklamar u s-servizzi ghall-portijiet ta’ Malta.
Jekk wiehed iqis is-sitwazzjoni prezenti ghal dak li jirrigwardjalill-haddiema tal-port u ta’ dawk li jfornu servizzi, ir-rwol, il-funzjonijiet, il-poter u l-awtorita` tad-direttorat, ghandhom ikunu ben definiti fejn jidhlu il-jeddijiet fuq il-proprjeta’ u l-qafas regolatorju tieghu. L-Awtorita` Marittima ta’ Malta hija responsabbli mill-immaniggjar ta’ merkanzija fuq il-moll tal-Belt. Tista’ tiddeciedi li taqleb minn port regolatorju ghal dirigent sabiex tghin thaffef in-negozju fil-portijiet. Dan ipoggiha f’posizzjoni minghajr ostakoli biex tohloq zona dinamika fejn tiggenera dhul ta’ flus u biex issahhah il-posizzjoni tal-port f’kuntest ewropew u sabiex tinkoraggixxi aktar negozju u zviluppi ulterjuri fl-istess port. Biex tilhaq dan il-ghan, pero, jehtieg li tinghata setghat kontrattwali akbar.
Il-Malta Freeport Corporation hija l-Awtorita responsabblighall-izvilupp tal-Portijiet Hielsa f’Malta u ghat-thaddim kummercjali taghhom. L-operazzjonijiet kollha fil-Port Hieles ta’ Malta huma regolati mill-provedimenti tal-‘Malta Freeports Act 1989’. Dan l-Att ta poteri bizzejjed lill-Awtorita’ sabiex taqdi d-doveri taghha b’mod effikaci.
Madankollu, minhabba l-izvilupp kontinwu li kien qed isehh mill-1989,il-Malta Freeport Corporation giet ristrutturata u b’rizultat ta’ dan, il-Korporazzjoni zvestiet ruhha minn numru ta’ responsabbiltajiet operazzjonali u b’hekk setghet tiffoka aktar fuq lir-rwol regolatorju taghha.
Hekk kif dan il-millenju jkompli jkabbar l-ambjent kompetittiv,il-portijiet ta’ Malta jkollhom jikkompetu bil-qawwa biex jikkonsolidaw il-posizzjoni taghhom, hu ghalhekk huwa krucjali li il-Politika Nazzjonali tal-Portijiet ghandha tindirizza punti li jsahhu il-posizzjoni tal-portijiet u li jiggarantixxu li dawn isiru sinonimi ma’ l-efficjenza u "cost-effectiveness". Fil-fatt, biex tkun assigurata kompetizzjoni gusta u biex tissahhah il-posizzjoni globali ewropea, il-Green Paper ta’ l-Unjoni Ewropea fuq "Portijiet tal-Bahar u Infrastruttura Marittima" tissuggerixxi numru ta’ punti fil-ligi tal-kompetizzjoni, fosthom l-introduzzjoni ta’ qafas komunitarju ta’ prezzijiet fil-port li ghandu jenfasizza it- trasparenza fit- tariffi tal-portijiet u l-ghajnuna ta’ l-istat, l-integrazzjoni tal-portijiet fit-‘trans-European Transport Network’ u l-liberalizazzjoni sistematika ta’ servizzi ancillari tal-port li hija limitata ghal portijiet principali li jiehdu hsieb it-traffiku internazzjonali. Dan izid il-kompetizzjoni bejn il-port u jferrex is-suq tal-port anke fejn ir-risorsi huma skarsi.
F’dan l-ambitu, huwa necessarju li wiehed jassigura li il-forzi ustrutturi tas-suq jkunu jistghu jaddattaw ghall-aspirazzjonijiet godda minghajr ma joholqu sfrattu jew sahansitra riskju ta’ incertezza fis-suq. Il-liberalizazzjoni tista’ tintlahaq biss meta tigi introdotta u tissahhah aktar kompetizzjoni bejn il-modi differenti ta’ trasport fuq bazi gusta ta’ tariffi u kondizzjonijiet ta’ servizzi. Minbarra li twarrab il-poter ta’ monopolju fil-provvediment ta’ servizzi, politika bhal din tassigura wkoll uzu effikaci ta’ fondi pubblici, tiggarantixxi specjalizazzjoni fl-operazzjonijiet tal-port u ghazla ahjar ghall-konsumatur.
It-tariffi huma ta’ thassib ghall-portijiet li joperaw f’suqkompetittiv u huma kontinwament taht sorveljanza minn dawk li jaghmlu uzu mill-portijiet. Fl-istudju ta’ Impatt, gie irrakomandat li id-diskrepanzi fit-tariffi ezistenti ghandhom jitnaqqsu. Il-portijiet ma jistghux ikollhom qafas ta’ hlas peress li il-Parlament Ewropew ma jaccettax il-kuncett ta’ qafas Komunitarju rigward drittijiet ghall-infrastruttura ta’ portijiet, drittijiet tal-portijiet u drittijiett ghal terminals. F’dan l-ambitu, sistema ta’ hlasijiet tal-portijiet tista’ tkun zviluppata b’mod li barra li thares l-politika ewropea, taqdi wkoll in-necessitajiet li dejjem jizdiedu fil-portijiet taghna.
Wiehed ghandu wkoll jindirizza l-organizazzjoni tax-xoghol tal-port uil-metodi tax-xoghol, l-izvilupp ta’ ambjent favur il-kreazjoni ta’ prodott jew servizz ta’ port kompetittiv u l-efficjenza u kwalita tas-servizz portwali provdut bhal dak tal- bdoti, tal-irmonk , tad-dwana u tal- immigrazzjoni.
Sa mill-bidu taghha, il-Malta Freeport kienet strumentali biex b’successtimplementa metodi godda fil-portijiet taghna. Il-mizuri mittiehda kienu essenzjali ghas-success tal-Kumpanija meta wiehed jikkonsidra li il-Freeport qed topera f’suq internazzjonali volatili u kompetittiv. Ghaldaqstant, ghalkemm il-Port Hieles ta’ Malta jimmira l-aktar lejn traffiku marittimu ta trasbord, huwa qieghed wkoll jiehu hsieb il- garr ta’ containers ghal lokal. Dan juri li il-Freeport sar port preferut ghall dawk il-kumpaniji li jahdmu fil qasam ta’ "feeder services" fil Mediterran. Il-Port Hieles huwa il-klijent principali ghal kwazi il-kumpaniji portwali kollha li jipprovdu dan is-servizz. Minn dan il-lat, il-Kumpanija tibbenifika konsiderevolment minn program gdid fil-provvediment ta’ servizzi tal-port li, sussegwentament se jpoggiha f’posizzjoni vantagguza sabiex tkun tista tikkompeti b’mod effikaci fl-industrija tal- containers fil- Mediterran.
Il-pjanijiet u l-izviluppi tal-portijiet nazzjonali ghandhom jiguserjament ikkonsidrati u l-istrategiji mahsuba ghandhom ikunu flessibli sabiex jizguraw li ma jtellfu bl-ebda mod l-kapacita ta’ l-istess portijiet sabiex dawn ikunu jistghu jaqdu bzonnijiet u opportunitajiet godda fil-futur. Is-sigurta marittima u l-ostakoli ambjentali ghandhom jigu ukoll indirizati biex ikun assigurat l-harsien ta’ politika internazzjonali u sabiex jiggarantixxu li l-awtoritajiet kkoncernati ikunu kapaci jaqdu l-obbligazzjonijiet taghhom.
Din il-politika ghandha tipprova tilhaq il-ghan li zzomm bilanc gustbejn il-haddiema tal-port. Qafas ta’ xoghol ghall-haddiema tal-port jista’ jigi inkluz biex itejjeb l-uzu ta’ l-investiment li jaghmel parti mill-izvilupp tal-portijiet. Biex tikkumplimenta din l-istrategija, tahrig specjalizzat fil-livelli kollha tal-haddiema huwa indispensabbli. B’hekk ghandha titjieb l-efficjenza u l-produttivita tal-portijiet biex ikun ippreparat billi jilhaq il-bidliet previsti fl-operazzjonijiet tal-port fost din il-kompetizzjoni intensa. Barra li tiggarantixxi livell gholi ta’ kompetenza f’oqsma differenti u tghin lill-haddiema sabiex jakkwistaw hiliet godda, din l-istrategija ghandha ggib ukoll implementazzjoni effikaci ta livelli gholja ta’ sahha u sigurta`.
F’dan l-ambitu, l-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’tahrig ghal haddiema u u pjanijiet strategici ta’ redeployment huma fatturi sinjifikanti li ghandhom ikunu introdotti. Dan, peress li it-titjib fir-risorsi umani huwa imprezzabbli sabiex tassigura l-izvilupp kontinwu fil-portijiet. L-Istitut Internazzjonali dwar Ligi Marittima u ta’ l-IMO u ic-Centru ta’ Tahrig tal-Freeport huma istituzzjonijiet marittimi importanti li qeghdin jaghtu kontribut siewi sabiex itejjbu ir-rizorsi umani fix-xenarju marittimu lokali.
Il-Politika Nazzjonali tal-Portijiet ghandha tipprovdi mekkanizmughall-infurzar ta’ l-obbligi legali u kontrattwali ta’ dawk li jipprovdu servizz fil-portijiet, u jispostaw l-enfasi regolatorju fis-settur tal-portijiet minn ligi statutorja ghall-dik kontrattwali.
Id-distinzjoni bejn portijiet bhala facilita essenzjali u dawk ta’thaddim ta’ servizzi ta interess generali ekonomiku u socjali, ghandu jigi identifikat b’mod car fil-politika dwar il-portijiet. Dan jghin l-awtoritajiet koncernati biex jassiguraw liema servizzi ghandhom jigu ggudikati b’offerta pubblika jew b’kuntratt mas-servizz pubbliku.
F’ekonomija globalizzata li ghandna madwarna, qed jidher car listrategiji ta’ liberalizazzjoni tal-portijiet tista’ tohloq ambjent dinamiku ghal attivita kummercjali u il-partecipazzjoni tal-privat fil-portijiet qeghda tizdied. Globalizazzjoni tinkludi hafna dimensjonijiet u ddefset fit-terminologija tal-industrija marittima. Din tenfasizza efficjenza kummercjali u operazzjonali, li tahdem bi profit u li thalli risultati posittivi. Fid-decizjoni ghal futur tal-portijiet, il-beneficcji u l-izvantaggi varji ta’ strategiji diversi fir-riforma tas-servizzi tal-portijiet ghandha titqies fid-dawl tar-rwol tal-portijiet fix-xena nazzjonali.
Meta wiehed jikkonsidra li il-Malta Freeport qeghda topera f’ambjentkaratterizzat minn kompetizzjoni intensa, il-privatisazzjoni hija ghodda essenzjali sabiex tghin l-izvilupp sostenibli tal-Malta Freeport li ghandha tibbenifika mill-involviment ta’ sieheb strategiku. Din l-inizzjattiva ser tghin lil Freeport biex taghmel parti minn network globali kapaci li tisfrutta l-opportunitajiet ghal zvilupp li huma offruti minn prospetti futuri ta’ dinja globalizzata.
Il-Politika Nazzjonali tal-Portijiet hija mistennija li thallirisultati posittivi ghall- partecipanti industrijali differenti. Dawk li jaghmlu uzu mill-portijiet huma l-aktar li ser jibbenefikaw minn din il-mizura billi ser ittejjeb l-efficjenza fl-operatt tal-port b’rizultat li jkun hemm inqas spejjez u inqas hela ta’ hin. Negozjati effettivi ma’ dawk li juzaw il-port tghin lill-awtoritajiet koncernati sabiex jimplementaw sistemi li l-aktar jissodisfaw it-talbiet ta’ dawk li jaghmlu uzu mis-servizz. Il-Politika Nazzjonali tal-Portijiet tghin ukoll sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi fil-kwistjoni tal-kompetizzjoni meta l-Acquis jigi addottat li jista jxekkel il-potenzjal li ghandhom il-portijiet bhalissa.
Il-fatturi li semmejt jirrapprezentaw pass kbir ‘l quddiemfil-metodi li prezentement qeghdin jevolvu fi hdan il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar portijiet u li jaqblu mal-politika tal-Gvern. It-tfassil ta’ din il-politika mahsuba ghat-tul hija bicca xoghol enormi ghas-settur marittimu ghax din ser iggib bidla kulturali. Din il-politika ser tikkontribwixxi ghall-potenzjal kummercjali tal-portijiet fit-trasbord globali il-katina logistika u ser tiggustifika l-iinvestiment ghaqli mehud f’dan il-qasam u dan fid-dawl tal-posizzjoni strategika ta’ Malta.
Il-mizuri li ttiehdu sa issa hejjew it-triq sabiex jintlahaq danil-ghan.
Nistiednu lill-kull min ghandu interess sabiex jissieheb maghna. Ahnacerti illi dawk interessati ser jaghtu sehemhom. J’Alla din il-konferenza tkun il-bidu ghal aktar partecipazzjoni minn dawk involuti f’din l-industrija sabiex flimkien niksbu rizultati pozittivi. Huwa dmir tal partecipanti kollha f’dan il-qasam biex ikunu xhieda tar-rieda li tigi addottata il-bidla u biex inharsu ‘l quddiem lejn l-isfidi tal-gejjieni b’kuragg u b’kunfidenza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow