STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD, RIGWARD IL-PREZZ TAL-PATATA TAL-VARJETÀ ALPHA
pr1098
20/07/2001
| Din is-sena l-bdiewa li esportaw il-patata | tal-varjeta' Alpha lejn l-Olanda ser jircievu prezz nett ta' Lm11.27-il qantar. Fil-jiem li gejjin il-bdiewa ser jircievu c-cekkijiet dovuti lilhom bhala hlas. |
| Dan habbru l-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, | il-Perit Ninu Zammit. Hu kompla billi qal li z-zieda fil-prezz hija rizultat ta' tmexxija u kollaborazzjoni bil-ghaqal bejn il-Gvern u l-bdiewa nfushom, ghaliex wara li s-sena l-ohra fil-process ta' l-esportazzjoni nqalghu xi ftit problemi, din is-sena bil-mizuri kollha li ha l-Gvern, fosthom is-sistema ta' traceability il-prodott Malti kompla jkabbar ismu fis-swieq barranin u nkiseb r-rizultat mixtieq. |
| Ninu Zammit kompla billi qal li l-edukazzjoni u d-direttivi | li gew moghtija mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura lill-bdiewa rigward kif ghandu jigi applikat certu bexx jew pesticida, specjalment meta dan jigi uzat biex tinqered il-faxxina, gie milqugh minn kull bidwi nvolut u b'sodisfazzjon nistghu nghidu li kien hemm esportazzjoni normali bla problemi. |
| Il-Ministru Zammit tenna li l-Gvern huwa mpenjat bis-shih | favur prodott bnin u dan jixhdu fil-fatt bil-ligijiet li qed jigu mghoddija, fosthom il-Ligi dwar il-Kontroll tal-Pesticidi, li hi ligi specifika sabiex jigi kkontrollat l-uzu ta' pesticidi, kemm fuq il-prodott kif ukoll fuq l-ucuh tar-raba'. |
| Ninu Zammit zied jghid li bhalissa ghaddejjin | diskussjonijiet sabiex tigi negozjata l-esportazzjoni tal-patata ghall-futur immedjat u diga' qed jigu diskussi diversi proposti biex sussegwentament dawn jigu mressqa u kkunsidrati. |
| Il-Ministru Ninu Zammit tenna li l-istedina | tal-Ministeru lil dawk interessati biex jippartecipaw fid-diskussjoni u biex iressqu il-proposti taghhom, hija miftuha. Huwa temm billi rringrazja lill-Agricultural Export Marketing Board ghax-xoghol siewi li huma jaghmlu u lill-bdiewa kollha nvoluti f'dan is-settur ghax b'ko-ordinazzjoni shiha bejn il-partijiet kollha qed jigi akkwistat ir-rizultat mixtieq. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN