ID-DIPARTIMENT TAS-SAHHA PUBBLIKA DWAR ZONI GHALL-GHAWM
pr1076
17/07/2001
| Id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika javza li wara li | saru diversi analizi ta’ l-ilma bahar fil-Bajja tal-Mellieha minn hdejn il-moll li qieghed fuq il-lemin tal-bajja sa hdejn is-‘slipway’ f’Dawret it-Tunnara, jirrizulta li huwa tajjeb ghall-ghawm. Ghalhekk l-avviz kontra l-ghawm f’din iz-zona issa tnehha. |
| Id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika javza li sakemm | johrog avviz iehor, mhux rakkomandat li jsir ghawm bejn f’Tax-Xema, hdejn l-iskola tal-Gvern, San Pawl il-Bahar u Bognor Bay, Bugibba. Id-Dipartment wahhal avvizi fil-lokal dwar dan ir-rigward. |
| Id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika jinnota li numru ta’ | avvizi li wahhal f’diversi zoni ghal informazjoni tal-pubbliku gew maqlugh minn posthom. Dan huwa agir irrisponsabli u ghal hekk minn jinqabad ihassar b’xi mod jew jaqla’ dawn l-avvizi jittiehdu passi legali kontra tieghu. |
| Il-pubbliku huwa imfakkar li f’marinas, | lokalitajiet gol-Portijiet, f’Marsascala tul il-kosta minn hdejn il-moll fi Triq San Gorg, tul Triq ix-Xatt u Triq is-Salini sa Triq Vajrita, f’Marsaxlokk tul il-kosta hdejn il-Power Station, tul Xatt is-Sajjieda sal-Ponta tal-Qrejten, f’Birzebbugia tul il-kosta minn hdejn il-kappella zghira fi Triq Birzebbugia sal-moll f’Dawret il-Qalb Imqaddsa, f’Bahar ic-Caghaq tul il-kosta kif titlaq Bahar ic-Caghaq lejn San Pawl il-Bahar sa u inklusa Qaliet San Marku, f’Xemxja tul il-kosta minn hdejn il-moll f’Ghajn Razul, tul Triq San Pawl u Xatt il-Pwales, f’San Giljan tul ix-Xatt ta’ Spinola minn hdejn il-moll u xtajtiet vicin tal-‘outfalls’ tad-dranagg f’Wied Ghammieq, Ras il-Prajjet u ic-Cumnija f’Malta, Ras il-Hobz, Wied il-Mielah u San Blas f’Ghawdex u l-Imnieri f’Kemuna, ghandhom ukoll jitqiesu bhala mhux tajbin ghall-ghawm. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN