"ANZJAN TAS-SENA" 2001
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici illum habbar li din is-sena wkoll ser jerga' jinghata l-premju "ANZJAN/A TAS-SENA".
| Antoine Mifsud Bonnici fakkar li l-jum ta' l-ewwel | t'Ottubru huwa l-jum dinji iddedikat lill-anzjani - kif iddikjarat min-Nazzjonijiet Uniti. L-attivitajiet li ser jorganizza is-Segretarjat Parlamentari biex ikun imfakkar il-Jum Dinji tal-Anzjani, jilhqu l-qofol taghhom b'serata li ser issir nhar is-Sibt 29 ta' Settembru, fejn jigi mhabbar ir-rebbieh jew rebbieha tal-Premju "Anzjan/a tas-Sena 2001". |
| Is-Segretarju Parlamentari spjega x'sinifikat fih dan | il-premju. Huwa qal li l-Ministeru ghall-Politika Socjali jaghti dan il-Premju bhala rikonoxximent xieraq lil dik il-persuna anzjana li bil-mod kif izzomm ruhha attiva fi xjuhitha, qed tkun ta' mudell u ispirazzjoni ghall-anzjani l-ohra. Huwa mportanti li noholqu kuxjenza biex kullhadd - inkluz l-anzjani - jippartecipa f'holqien ta' hajja ahjar, socjeta mibnija fuq interdipendenza, solidarjeta’ bejn il-generazzjonijiet; fejn l-anzjani jkunu integrati f'kull qasam tas-socjeta Maltija, kif ukoll nimpenjaw ruhna favur min hu l-aktar fil-bzonn. Dr Mifsud Bonnici heggeg biex ghaqdiet volontarji kif ukoll Kunsilli Lokali jinnominaw anzjani ghal dan il-Premju, sabiex b'hekk nuru apprezzament u rikonoxximent ghal hafna xoghol volontarju li jkun qed isir fis-socjeta’ taghna. |
Fil-fatt, dan il-premju jirrikonoxxi :-
- L-gharfien tas-servizz li l-persuna anzjana taghmel, b'mod volontarju ma min ikun mehtieg;
- L-gharfien tas-servizz li l-persuna anzjana li bil-karattru u bl-attivita' taghha waqt li hi rtirata, hi ta' ezempju haj ta' kreattivita' u ta' integrita' u li b'hekk hi ta' ispirazzjoni ghall-anzjani ohra;
- L-gharfien li dik il-persuna anzjana li fi xjuhitha rnexxielha tizviluppa l-kultura generali jew personali, tippromwovi s-solidarjeta bejn il-generazzjonijiet u taghti kontribut lis-socjeta in generali.
| Dr Mifsud Bonnici kompla jghid li ghal dan il-premju | jistghu japplikaw nisa u rgiel, cittadini Maltin li, sa l-ahhar ta' din is-sena, ikunu ghalqu l-eta' tal-pensjoni, u li normalment jghixu Malta jew Ghawdex. |
| Biex jintghazel l-Anzjan ts-sena, twaqqaf bord | tal-Ghazla, li ghandu r-responsabilta' li jilqa' l-applikazzjonijiet, u li jaghzel l-anzjan jew anzjana, li haqqu jew haqqa li jinghata dan il-Premju prestigjuz. |
Il-Bord tal-ghazla huma:-
Ms Ninette Borg Grech - Chairperson
Ms Joan Micallef - membri
Ms Hella Jean Bartolo
Mr Carm Borg
Mr Tonio Bonello
Mr Tony Cordina
Mr Francis Pace - Segretarju.
Aktar informazzjoni u formoli ghan-nominazjonijiet, jistghu jingabbru minghand is-Segretarju tal-Bord tal-ghazla, Ministeru ghall-Politika Socjali, Ufficcju tas-Segretarjat Parlamentari, 310 Triq ir-Repubblika, Valletta; mill-Ministeru ghall-Ghawdex, Pjazza San Frangisk; kif ukoll mill-Web-Site http://msp.gov.mt
L-applikazzjonijiet iridu jittiehdu bl-idejn ghand is-Segretarju tal-Bord (Tel. 25903493) u jinghataw ircevuta, sa mhux aktar tard minn nofs in-nhar tal-Gimgha 17 t'Awissu 2001.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN