STQARRIJA MIS-SEGRETARJI PARLAMENTARI L-ONOR GEORGE HYZLER U L-ONOR GEORGE PULLICINO - CAHDA TA’ L-AKKUZI MAGHMULA MIS-SUR EDWARD GAUCI BORDA SEGRETARJU PERMANENTI FIL-MINISTERU TA’ L-AGRIKOLTURA U SAJD
Nichdu bil-qawwa kollha l-allegazzjonijiet bla sens u malizjuzi kontenuti fl-ittra tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd lic-Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubblici (Public Accounts Committee – PAC).
Fost affarijiet ohra s-Sur Edward Gauci Borda allega li ahna rridu naghlqu "il-passat mahmug" u li nhammgu "l-prezent". Il-fatti segwenti juru li ahna fil-fatt tlabna aktar trasparenza.
- Il-PAC huwa kumitat permanenti tal-Parlament presedut mill-Onor.Leo Brincat, membru tal-Oppozizzjoni. Xoghlu huwa li jivverifika l-kontijiet pubblici u jara li l-pajjiz qed jiehu valur ghax-xoghol li jkun qed isir mill-Gvern.
- Il-PAC fis-17 ta’ Frar 1999 b’mod unanimu talab lill-Awditur Generali jaghmel rapport dwar l-operat tac-Centru Nazzjonali tal-Akwakultura. Dan ir-rapport kellu jinkludi audit xjentifiku u tekniku tac-Centru izda ghal xi raguni dik it-talba ma dehritx fit-terms of reference li nghataw lill-Awditur Generali. Ir-rapport tal-Awditur Generali identifika n-nuqqasijiet fit-tmexxija tac-centru u dan ir-rapport gie accettat unanimament. Ahna pero’ gbidna l-attenzjoni tac-Chairman li dan ir-rapport ma kienx komplet.
- Ahna ridna li audit xjentifiku u tekniku ghandu jsir mhux biss fuq il-passat izda anke fuq dak li ghaddej illum. B’hekk l-insistenza taghna kienet ghal aktar trasparenza. Dan il-punt kien ic-centru tad-diskussjoni fl-ahhar laqgha u evidentement wassal lis-Sur Gauci Borda biex jallega li ahna rridu nitfghu "il-hmieg fuq il-prezent". Ragunament nieqes mis-sens. Ta’ min ifakkar li huwa dmir il-PAC li jara li jkun hemm value for money fl-infiq pubbliku u l-ebda Segretarju Permanenti ma jista’ jiddetta lil PAC x’jinvestiga.
- Is-Sur Gauci Borda pprova jzeffen fin-nofs l-investigazzjoni tal-Pulizija, li kien talab hu stess. U ghax jidher li m’ghogbitux il-konkluzzjoni tal-investigazzjoni issa qed jipprova jgieghel lill-membri tal-PAC jinjoraw il-konkluzzjoni taghha billi skond hu din kienet "farsa". Mhuwiex il-kompitu tal-PAC li jinvestiga inkjesti konkluzi mill-Pulizija. Jekk hu mhux kuntent bir-rizultat tal-investigazzjoni huwa suppost jaf x’poteri taghtih il-Ligi biex jikkontesta rizultat tal-investigazzjoni.
- Fl-ahharnett ahna niddikjaraw li se nkomplu naqdu dmirna b’mod skrupluz fil-PAC kif dejjem ghamilna minkejja dawn l-akkuzi malizjuzi ta’ Segretarju Permanenti li jmissu jaf ahjar. Ahna l-bierah ressaqna Ksur ta’ Privilegg kif kien fid-dmir taghna li naghmlu kontra s-Sur Gauci Borda. L-akkuzi tas-Sur Gauci Borda huma intizi biex jikkundizzjonaw il-hidma taghna fil-PAC.
- Meta wiehed iqis li d-decizzjoni tal-PAC kienet unanima l-konkluzzjoni taghna hija li l-ittra tas-Sur Gauci Borda mhijiex biss attakk fuqna izda attakk ukoll fuq l-operat tal-PAC.
- Fl-ahharnett ahna nistennew li l-membri l-ohra tal-PAC jiehdu ukoll pozizzjoni cara kontra l-kontenut tal-ittra tas-Sur Gauci Borda ghax l-allegazzjonijiet tieghu jolqtu lilhom ukoll.
L-Onor. George Hyzler L-Onor.George Pullicino
Segretarju Parlamentari Segretarju Parlamentari
fil-Ministeru tas-Servizzi Ekonomici fil-Ministeru tal-Intern
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN