IL-KUMMISSJONI GĦOLJA TA' MALTA F'LONDRA TORGANIZZA JUM MALTA
Il-Kummissjoni Għolja ta' Malta f' Londra sejra torganizza JUM MALTA fir-Renju Unit (Malta Day UK) nhar is-Sibt, 8 ta' Settembru 2001.
Bħala parti mill-attivitajiet, ser tiġi organizzata Fiera Maltija fis-Sala tal-Katidral ta' Westminster. Il-Fiera ser tkun miftuħa bejn l-10 ta' filgħodu u s-2 ta' wara nofsinhar. Fis-2.30 p.m., fil-Katidral ta' Westminster ser ikun hemm Quddiesa ikkonċelebrata mill-Isqof Awżiljarju, Mons. Annetto Depasquale, segwita minn purċissjoni bl-istatwa ta' Marija Bambina għall-kappella tas-Sorijiet Franġiskani Maltin ġewwa Victoria. Il-jum jagħlaq b'dinner dance bil-parteċipazzjoni ta' diversi personalitajiet ta' l-ispettaklu u kantanti Maltin.
Aktar tagħrif jingħata mis-Sur Tony Bonnici, Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, Kummissjoni Għolja ta' Malta, f'Londra: (tel: 0044 20 7292 4820; fax: 0044 20 7734 1831; e-mail: tony.bonnici@magnet.mt).
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN