Left arrow Go Back

DOKUMENT GDID DWAR POLITIKA INDUSTRIJALI

pr1019
Date Icon 04/07/2001

Il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici qieghed ifassal dokument gdid dwar il-politika industrijali tal-Gvern. Dan l-ezercizzju qed isir bhala parti minn revizjoni tal-White Paper dwar l-izvilupp industrijali, pubblikata fl-1999 u li kienet taghmel enfasi fuq l-importanza tat-tkabbir fil-produttività.

Permezz tad-dokument il-gdid, se tkun zviluppata ahjar l-istrategija industrijali ta’ Malta u li se tkun ibbazata fuq l-esperjenza li l-pajjiz ghadda minnha f’dawn l-ahhar sentejn.

Dan qalu l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici f’konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha tnediet l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ l-Award for Achievement in Industry.

Il-Ministru Bonnici qal li dan il-premju prestigjuz ilu jinghata kull sena mill-1990, b’rikonoxximent tas-sehem lejn l-ekonomija Maltija u tar-rizultati miksuba mis-settur industrijali f’dawk li huma efficjenza fil-produzzjoni, esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi, kisbiet godda fil-bejgh u zieda fl-impjiegi.

Hu fakkar li s-settur industrijali f’pajjizna beda jizviluppa fuq bazi soda mal-kisba ta’ l-indipendenza, bil-bini ta’ diversi oqsma industrijali, fosthom dawk ta’ Bulebel, San Gwann, l-Imriehel u tax-Xewkija, u bit-twaqqif tal-Korporazzjoni Maltija ta’ l-Izvilupp, bhala l-agenzija responsabbli biex tippromwovi l-industrija f’Malta u biex tattira l-investiment lejn pajjizna.

Il-Ministru Bonnici qal li minn dak iz-zmien ’l hawn, kull Gvern gharaf l-importanza tas-settur industrijali lejn l-ekonomija tal-pajjiz, mhux biss bil-bini ta’ fabbriki godda, tibdil fil-ligi dwar l-izvilupp industrijali u l-holqien ta’ incentivi godda bhalma sar ricentemenet, izda wkoll b’kampanji ma jaqtghu xejn barra l-pajjiz biex aktar investituri barranin ikunu mhajra jinvestu f’pajjizna.

Hu qal li s-settur tal-manifattura jfisser ghal pajjizna madwar 30,000 impjieg u esportazzjoni fi prodotti mahduma lokalment, li s-sena li ghaddiet lahqet is-somma rekord ta’ kwazi Lm977 miljun.

Semma wkoll li bhalissa s-settur industrijali jinsab ghaddej minn zminijiet interessanti hafna, fejn l-industrija li tipproduci ghas-suq lokali ghandha quddiema l-isfida tar-ristrutturizzazzjoni biex tissahhah u tkun aktar kompetittiva, filwaqt li dik li timmanifattura ghall-esportazzjoni ghandha quddiema l-isfida tal-globalizzazzjoni. Hu qal li m’ghandu l-ebda dubju li l-industrija lokali se tkun kapaci tilqa’ b’success ghal dawn l-isfidi.

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici qal li l-Award for Achievement in Industry m’hux intiz biss ghall-industrija tal-manifattura izda wkoll dik tas-servizzi. Il-premju jinghata lil kumpaniji differenti u fl-ghazla, minn Kumitat mahtur apposta mill-istess Ministeru, ma ssir l-ebda distinzjoni bejn imprizi zghar u kbar; u l-kriterji, li jinkludu r-rizultati miksuba fl-esportazzjoni u l-bejgh, l-impjiegi, ir-ricerka u l-izvilupp tar-rizorsi umani u tal-prodotti, huma ghal kulhadd l-istess.

Il-Ministru Bonnici qal li wara r-riforma li saret f’dawn l-ahhar xhur f’entitajiet li jaqghu taht il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-ghoti ta’ dan il-Premju se jibda jkun koordinat mill-Korporazzjoni ta’ l-Izvilupp.

Hu semma li bhala parti minn din ir-riforma, fi hdan l-istess Ministeru twaqqaf il-Malta Enterprise Board bl-iskop li jikkoordina l-hidma fil-qasam ta’ l-industrija u l-promozzjoni ta’ l-investiment u kif ukoll il-hidma tal-MDC, il-METCO, l-IPSE u l-MIMCOL.

Barra minn hekk, kompla l-Ministru Bonnici, diversi persuni ta’ nisel Malti li jinsabu f’karigi gholjin hafna barra minn Malta, accettaw li jaghmlu parti minn Advisory Council li l-iskop tieghu se jkun li jaghti pariri dwar l-izvilupp ta’ politika ekonomika adattata ghaz-zminijiet tal-lum. L-ewwel laqgha ta’ dan il-Kunsill mistennija ssir f’Malta fit-28 ta’ Lulju.

Il-Kumitat responsabbli mill-premju hu maghmul minn rapprezentanti mill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, mill-MDC, mill-IPSE, mill-METCO, mill-Kunsill ghall-Artigjanat, mit-Taqsima tal-Kummerc, mill-Kamra tal-Kummerc, mill-GRTU u mill-Federazzjoni ta’ l-Industriji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow