Left arrow Go Back

KOMPETIZZJONI TA' KULJUM FIL-PADILJUN TA' MALTA

pr1015
Date Icon 03/07/2001
Illum, id-Direttur ta’ l-Informazzjoni, is-Sur Emanuel Abela,ipprezenta voucher ghal biljett ta’ l-Airmalta ghal Londra lis-Sur Robert Pirotta, mill-Mosta. Is-Sur Pirotta rebah l-ewwel minn sensiela ta’ kompetizzjonijiet li huma skedati li jsiru fil-hmistax-il jum li ddum miftuha l-Fiera Internazzjonali ta’ Malta.
Il-Kompetizzjoni qieghda tirrepeti ruhha kullfil-ghaxija. Kuljum ikun hemm biljett x’jintrebah – minn jum ghal iehor tvarja biss id-destinazzjoni. Issa li ntrebah il-biljett ghal Londra fadal li jintrebhu biljetti ghal Amsterdam, Ateni, Barcelona, Berlin, Brussell, Ruma, Londra, Copenhagen, Dublin, Lisbona, Parigi, Stokkolma u Vienna.
Biex wiehed jiehu sehem fil-kompetizzjoni kull majrid jaghmel hu li jirrispondi ghadd ta’ mistoqsijiet li jsib fi kwestjonarju li jinsab fil-Padiljun ta’ Malta. F’gheluq il-jum, imbaghad, fl-istess Padiljun, issir lotterija tal-kwestjonarji kollha mimlija. L-ewwel kwestjonarju li jitla’ bix-xorti, u li jkun fih mill-inqas erba’ twegibiet tajbin, jirbah passagg b’xejn ghal xi belt fl-Ewropa.

L-isem tar-rebbieh jithabbar kuljum fuq il-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni www.doi.gov.mt. L-istess informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq Freephone 153, f’kull gurnata tax-xoghol bejn it-8.00 a.m. u l-5.00 p.m.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow