IL-MINISTRI GĦALL-AMBJENT SE JILTAQGĦU F'MALTA
pr1005
02/07/2001
| Il-Ministri għall-Ambjent mill-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-Unjoni | Ewropea se jiltaqgħu Malta s-sena d-dieħla. Din il-laqgħa se ssir f'Malta wara li dawn il-Ministri laqgħu stedina li saritilhom mill-Ministru għall-Ambjent ta' Malta Francis Zammit Dimech li kien qed jattendi laqgħa għall-istess Ministri f'Istanbul, it-Turkija. |
| Mis-sena li għaddiet il-Ministri għall-Ambjent | mill-pajjiżi li jinsabu fil-proċess tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea bdew jiltaqgħu bejniethom f'pajjiżi differenti fost dawk li qieghdin fil-proċess tas-sħubija. Dan biex jikkoordinaw aħjar bejniethom il-preparazzjonijiet li qed jwettqu fil-qasam ambjentali għas-shubija fl-Unjoni Ewropea. L-ewwel laqgħa saret fis-Slovakkja waqt li l-laqgħa ta' din is-sena qed issir fit-Turkija. Is-sena d-dieħla l-Ministri mit-tlettax-il pajjiż applikanti għal sħubija fl-UE se jiltaqgħu f'Malta. Flimkien mal-Ministri jkun hemm preżenti ukoll uffiċjali għolja tal-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari mid-Direttorat Ġenerali ta' l-Ambjent u mill-pajjizi li jkollhom il-presidenza ta' l-Unjoni Ewropea. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech esprima s-sodisfazzjon | kbir tiegħu li l-Ministri l-oħra laqgħu l-istedina tiegħu biex is-sena d-dieħla jiltaqgħu Malta. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN