Left arrow Go Back

PUNTI MINN DISKORS LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, GĦAMEL META NAWGURA KORS BIS-SUĠĠETT ‘SCAFFOLDING FOR HERITAGE BUILDINGS' LI QED ISIR FIĊ-ĊENTRU MALTI TAR-RESTAWR F'BIGHI, IL-KALKARA

pr1004
Date Icon 02/07/2001

‘Scaffolding' għal xogħol ta' restawr

Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech qalli f'dawn l-aħħar snin il-pubbliku Malti sar ferm aktar konxju mill-wirt nazzjonali li jagħmel lil pajjiżna wieħed sinjur fl-istorja u l-kultura. Dan kien mgħejjun mill-ħolqien ta' infrastruttura li għandha l-iskop li fuq naħa teduka u tħarre' żgħażagħ Maltin fl-arti tar-restawr u min-naħa l-oħra twettaq pro'etti ta' restawr f'kull parti ta' Malta.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li ċ-ĊentruMalti għar-Restawr twaqqaf fl-1999 bħala istituzzjoni awtonoma permezz ta' sħubija bejn l-Universita' ta' Malta u l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Francis Zammit Dimech qal li f'dawn l-aħħar sninfil-Ministeru għall-Ambjent twaqqaf unit għar-restawr li fil-ftit snin li ilu jahdem diga` wettaq 20 progett ta' restawr, qed jahdem fuq 30 ohra, identifika 45 pro'ett fejn qed isir l-iddisinjar meħtie' u qed ikunu ippreparati l-offerti għax-xogħol li jrid isir. Il-Unit, li jikkonsisti minn seba' periti, sitta minnhom speċjalizzati fir-restawr, Supretendent tal-Fortifikazzjonijiet, arkeologu, team ta' draughtsmen u surveyors, u pool ta' staff tekniku u ħaddiema li jagħmlu xogħol ta' restawr, jgħin ukoll lill-Kumitati ta' Riabilitazzjoni u lis-sotto- kumitati tekniċi ta' l-Imdina, l-Kottonera u l-Belt Valletta. Il-unit qed iħejji diversi rapporti dwar pro'etti ta' restawr.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li fost il-pro'ettili wettaq dan il-unit kien hemm dak tar-restawr tal-Knisja ta' Santa Caterina d'Italia. Qal li ghall-Unit tar-Restawr dan kien progett fundamentali ghaliex waqt li kien qed isir ix-xoghol minn restawraturi Taljani ta' esperjenza, ħaddiema mill-Unit tar-Restawr u mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kienu qed jgħinu fil-pro'ett u hekk jieħdu esperjenza fis-sengħa tar-restawr. Hu qal li qabel beda dan il-pro'ett l-istess grupp ta' ħaddiema kienu anke ngħataw l-opportunita' li jagħmlu kors intensiv ta' 15-il 'urnata fiċ-Ċentru Ewropew ta' Venezia ‘San Servolo' għal Snajja fil-Konservazzjoni Arkitettonika. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dan il-pro'ett ewlieni u importanti ta' restawr se jkun inawgurat din il-'imgħa.
Francis Zammit Dimech qal li r-restawr li sar f'dinil-knisja storika hu ta' livell internazzonali. Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-iscaffolding li ntrama għal dan il-pro'ett ikopri basikament dak kollu meħtie' biex tkun garantita s-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u dik tal-pubbliku li jgħaddi minn dawn l-inħawi. Qal li dan l-iscaffoding ikopri slielem f'kull livell, guard rail, tarpulin u tow boards.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li jemmen li l-iscaffoldingli sar f'dan il-post kien ta' motivazzjoni biex qed ikun organizzat dan il-kors li qed jitmexxa mill-istess nies li ddissinjaw l-iscaffolding tal-Knisja ta' Santa Caterina d'Italia.
Il-Ministru ghall-Ambjent fakkar li direttivi ta'l-Unjoni Ewropea jesigu li f'xoghlijiet bhal dawn trid tkun ikkalkulata l-istruttura ta' l-iscaffolding, disinji, kalkulazzjonijiet, kif jaffetwah ir-riħ u fejn se jintrabat. Dan kollu biex tkun imħarsa s-saħħa tal-ħaddiema.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dan l-iscaffoldingqed jiżżarma biex jintrama għal xogħol ta' restawr fil-Monument ta' Ball fil-Barrakka t'Isfel, fil-Ġonna ta' San Anton u fil-bitħa ta' l-Auberge d'Italie.
Il-Ministru għall-Ambjent fakkar li fil-proċess ta'l-armar qed ikunu mħarr'a ħaddiema mit-Taqsima tar-Restawr fid-Divizjoni tax-Xogħlijiet u miċ-Ċentru Malti għar-Restawr.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li permezz ta'fondi mir-Raba' Protokoll Italo-Malti kien ukoll possibbli li jinxtara tagħmir apposta għall-manutenzjoni tas-swar. Qal li filwaqt li qabel dan ix-xogħol kien isir billi ħaddiema jiddendlu mas-swar issa għandna żew' pjattaformi ħfief kompletament awtomatiċi li jiddendlu mas-swar. Permezz ta' dawn il-pjattaformi x-xogħol qed isir b'mod aktar professjonali.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li fix-xogħol kollu ta'restawr li jsir qed tingħata enfażi speċjali għas-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Qal li l-BICC, fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, kienet għamlet stħarri' fejn identifikat diversi areas problemmatiċi fejn tidħol is-sigurta' tal-ħaddiema. Fost ta' quddiemnett instab li l-armar u l-użu ħażin ta' scaffolding kien wieħed mill-ra'unijiet għal inċidenti, xi drabi anke fatali. Għalhekk korsijiet bħal dan li qed isiru huma mhux biss importanti biex il-ħaddiema jwettqu aħjar il-ħidma tagħhom fil-qasam tar-restawr iżda fuq kollox biex ikollhom dik is-sigurta' li ħafna drabi ma tingħatax l-attenzjoni meħtiega.
Il-Ministru għall-Ambjent awgura lil kulmin kien qedjieħu sehem f'dan il-kors isir aktar konxju mill-perikli li jaħdem fihom għaliex b'hekk mhux biss jittieħdu l-miżuri kollha meħtie'a ta' sigurta' iżda biex il-ħaddiema jiżguraw li ma jaħdmux f'ambjenti li ma jiggarantulhomx is-saħħa u s-sigurta' fil-postijiet fejn jaħdmu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow