Left arrow Go Back

DISKORS TA' L-ONOR. JOHN DALLI, MINISTRU TAL-FINANZI, WAQT LAQGHA ANNWALI GENERALI TA' L-ASSOCJAZZJONI RENT-A-CAR

pr0797
Date Icon 29/05/2001

Fil-passat, sew bhala Ministru u sew bhala Membru Parlamentari fl-Opposizzjoni, kelli laqghat mar-rappresentanti tal-Assocjazzjoni taghkom, sabiex niddiskutu materji li ghandhom x'jaqsmu mal-industrja tal-kiri ta' vetturi. Pero` qatt ma ltqajna daqs kemm iltqajna fl-ahhar sentejn.

Kellna diskussjonijiet ta' importanza kbira li jolqtu fil-laham il-haj in-negozju taghkom u l-ambjent fiskali fil-pajjiz. Hdimna flimkien. Hassejt il-htiega li nhares mill-vicin u b'lenti oggettiva lejn il-generu u n-natura tan-negozji taghkom, dan biex nifhem il-problemi kif ukoll il-pjani taghkom.

Ghalkemm l-operat ta' Organizazzjonijiet bhal taghkom, strettament jigu diskussi mad-Dipartimenti jew Ministeri ohra li tahthom intom taqaw bhala settur jigri illi hafna drabi il-materja diskussa jkollhom kontenut "fiskali" jew "aspetti ohra ta' natura finanzjarja", u ghalhekk jidhol fix-xena il-Ministeru tieghi b'koordinament mal-Ministeru Operattiv.

Naf li xi minn daqqiet, id-decizjonijiet li jkollhom jittiehdu ma jintghogbux u jistghu ma jigux miftehma mill-ewwel ghax il-gid li johrog minnhom mhux dejjem ikun imsarraf minnufih.

Fil-hajja nghaddu hafna minn cirkustanzi bhal dawn. Meta jigi xi nfermier jaghtik injezzjoni biex jeqred xi infezjoni li jkollok, ma tiehux gost bih dak il-hin tat-titqiba, imma tistrieh meta l-infezjoni tghib ghax hadt it-titqiba.

Wahda mill-funzjonijiet tal-Ministeru tieghi, hi li nigbru dhul, sabiex tigi ffinanzjata n-nefqa nazzjonali. Minghajr dan id-dhul il-Ministeri l-ohra ma jkunux jistghu jattwaw il-progetti kollha li fil-fatt saru u li ghad iridu isiru. Ma jkunux jistghu jaghtu s-servizzi fil-qasam tas-sahha, edukazjoni, gustizzja, servizzi socjali, affarijiet esteri, djar ghall-anzjani, etc. Dan id-dhul migbur mill-Ministeru tal-Finanzi, iffinanzja wkoll investimenti kbar mill-Gvern.

Per ezempju ghandna sistema ta' telekommunikazzjoni fost l-aqwa fid-dinja; b'hekk illi anke l-attivita' kummercjali taghkom giet facilitata. Insibu ajruport bl-attrezzaturi kollha, li jaghmlu tassew wiehed internazzjonali, fejn it-turisti li jigu f'pajjizna isibu s-servizzi, fosthom anke taghkom, u fejn sar titjieb anke ghalikom, kumditajiet bhal "car park" u facilitajiet ohrajn. Is-servizzi ta' dawl elettriku u ilma m'ghadux bil-qtugh kontinwi tal-passat, li kien qed jaghmel hsara lill-industrja taghkom tat-turizmu u trasport.

Hi l-istabbilita' politika u finanzjarja illi thajjar lill-entraprizi privati jinvestu u jtejjbu l-prodott taghhom. Naraw madwarna bini ta' lukandi godda bhal din li fiha qed issir din il-Konferenza Generali taghkom. Naraw il-prodott taghkom stess: il-vetturi li ma jingibu fl-ebda ghajb mill-karozzi mikrija f'pajjizi ohrajn, anzi l-oppost.

Dan hu l-gid illi jien irrid nara f'pajjizna, fejn b'mod ghaqli, serju u trasparenti inkomplu nibnu socjeta' ahjar ghalina u ghal wliedna. Din ghandna tkun il-vera vizjoni taghna. Nistghu nidhru antipatici b'certi mizuri li l-Gvern jkollu jiehu tramite l-Ministeru tieghi, pero' dak li ghandu isahhahna hu li dawn il-mizuri ikunu qed jittiehdu ghal gid taghna lkoll u ta' pajjizna.

Meta thares lejkom tara li fil-bicca l-kbira taghkom intom nies biezla u bil-ghaqal, tahdmu sieghat twal, u tinvestu eluf kbar biex bnejtu l-istabbilmenti li ghandkom. Dan ghandu jkun ta' ezempju ghal ohrajn. Ix-xoghol itik id-dinjita', itik skop ghalfejn qed tghix. It-tnikkir u l-ghazz igib mieghu effetti negattivi, li sfortunament f'hafna kazijiet qieghed ihallas ghalihom haddiehor.

Hafna minn negozji taghkom huma "family run", uhud minnhom diga` intirtu minn generazzjoni ghal generazzjoni. Ohrajn darba kienu impjegati illum ghandhom in-negozji taghhom. Is-settur taghkom mhux biss kiber, imma nbidel u sar modern u professjonali. M'ghadkomx tistennew il-bajtra taqa' f'halqkom imma naf li hafna minnkom jattendu fieri kummercjali turistici biex iggibu x-xoghol, u ftahtu ufficcji f'partijiet differenti ta' gziritna biex toffru servizz ahjar.

Hu ghalhekk li fit-tibdiliet li ghamilna fil-ligijiet tat-taxxa fil-passat konna lqajna t-talbiet taghkom biex it-taxxa ta' registrazzjoni tonqos halli tkunu tistghu taggornaw il-flotta ta' vetturi taghkom. Sfortunatament, din il-mizura kienet qed tigi abbuzata. L-iskop ta' din il-mizura kien biex jghin lil-industrja taghkom ghas-"short term rentals" u c-"chauffeur drive service" u mhux ghal "leasing". Il-Gvern ma setax jifhem kif vetturi ta' certu lussu u prezz kienu qed jigu mikrija lil ditti b'din il-koncessjoni ta' rata ridotta sostanzjali ta' hlas. Il-Gvern ghalhekk kellu jiehu "stand". Ma setax ihalli dan l-abbuz jibqa' sejjer.

L-ehfef soluzjoni kienet li titnehha l-koncessjoni. Kelli tahdidiet twal ma rappresentanti tal-Assocjazzjoni taghkom li rrid nghid poggew il-pozizjoni taghkom b'serjeta', professjonalita' u frankezza. Tul dawn id-diskuzzjonijiet illi jiena flimkien ma siehbi l-Perit Censu Galea, kellna maghkom, fehmna l-xulxin u sibna soluzzjoni ghal whud mid-diffikultajiet li rajna flimkien.

Fhimna illi l-bicca l-kbira taghkom huma "bona fide operators" u li x-xabla kellha taqa' fuq ras minn seta' b'xi mod abbuza. Ghalhekk hargu r-regolamenti illi llum huma cari.

Dawn ir-regolamenti ghall-ewwel darba fl-istorja tal-industrija taghkom qeghdin jaghtu definizzjoni lill-kuncetti tal-"leasing" u "long term car rental", kif wkoll qeghdin jistabilixxu perjodu ghal "short" u "long" term rental. Dan l-esercizzju inhadem ferm bil-ghaqal. Jien hawn nixtieq nirringrazzja lis-sur Pawlu Galea, li f'idejh jien fdajt dan l-ezercizzju u li flimkien mal-avukat Emmanuel Mallia, is-segretarju generali taghkom, iltaqghu ta' spiss, iddiskutew id-"data" li ngabret minn kull operatur u baghtu ghal diversi minnkom, sabiex jigu diskussi certi kazijiet specifici.

Jiena kont informat b'dak li kien qed isir u irrid nghid illi jiena ferm sodisfatt illi nstabet soluzzjoni fl-ahjar interess tal-industrja taghkom. Kif tafu il-posizzjoni tal-vetturi mikrija "short term" kif ukoll tal-vetturi mikrija "long term" baqghet l-istess, kif baqghet l-istess wkoll ghall-vetturi mikrija bis-servizz tax-xufier. Il-Gvern ser jibqa jindaga kull kaz ta' abbuz rapportat lilu. Sakemm il-posizzjoni tibqa' stabbli u ma jinholqux abbuzi godda, il-qaghda ghandha tibqa' l-istess.

Il-posizzjoni ghall-futur tkun f'idejn id-direttorat tal-Awtorita' tat-Trasport. J'Alla l-ispirtu ta' kooperazjoni u djalogu li nholqu f'dawn l-ahhar xhur bejn d-Dipartiment tal-Licenzji u inthom permezz ta' l-Avukat Emmanuel Mallia ikomplu fis-snin li gejjin. Nixtiequ naraw flimkien verament l-lista ta' "bona fide operators", nixtiequ naraw kondizzjonijiet tal-licenzja illi jassiguraw livell professjonali ta' servizz, nixtiequ naraw il-holqien ta' sistema kif problemi futuri jigu indirizzati.

Nispera illi dalghodu kellkom Laqgha Generali Annwali li halliet frott. Jiena nixtieq nirringrazzjakom tal-istedina li ghamiltuli sabiex inkun fostkom illum. Nispera illi jkollkom stagun u sena tajba u nawgura lil kull wiehed minnkom hidma kummercjali b'kull success.

Dan il-pajjiz ser ikompli bit-triq tajba li qabad u bl-ghajnuna ta' kulhadd ser jirnexxielu ikompli jibni socjeta' ta' gid u prosperita'.

GRAZZI.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow