Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TA' L-AGRIKOLTURA U SAJD IHABBAR IL-PREZZ TAL-PATATA SANTE GHAL DIN IS-SENA

pr0796
Date Icon 29/05/2001

Prezz tal-Patata Sante - 2001

Għat-tielet sena konsekuttiva saret esportazzjoni ta' patata tal-varjeta` Sante lejn is-suq Olandiż. Din l-esportazzjoni ta' madwar 1938 tunnellata patata Sante bdiet għall-aħħar ta' Marzu u l-prezz nett imħallas lill-bidwi huwa ta' Lm14 l-qantar.

Dan qalu dalgħodu l-Ministru għall-Biedja u Sajd il-Perit Ninu Zammit, fejn fisser ukoll il-miżuri li ttieħdu matul din l-aħħar sena sabiex ji'i assigurat prezz daqstant sostanzjali għal dan il-prodott.

Il-Perit Zammit, filwaqt li faħħar il-koperazzjoni ta' dawk kollha involuti fit-tkabbir u fl-esportazzjoni tal-patata, fakkar li din is-sena l-bdiewa mxew mad-direttivi maħru'a mid-dipartiment biex jużaw l-inqas ammont teknikament possibbli ta' pestiċidi waqt il-proċess tal-qlugħ tal-patata. Dan sar sabiex ikun assigurat prodott bnin, ta' kwalita` u prodott aktar safe għall-konsumatur.

Huwa kompla billi rringrazja lill-bdiewa, lis-sensara u lill-uffiċċjali kollha tad-Dipartiment għall-koperazzjoni sħiħa u għall-impenn determinat minn kulħadd biex tiddaħħal is-sistema ta' ċertifikazzjoni ta' l-ori'ini tal-prodott kollu, ji'ifieri traceability, kif ukoll għall-istandard għoli ta' gradingu preżentazzjoni tal-patata għall-esportazzjoni.

Il-Ministru Ninu Zammit tenna li bl-esportazzjoni tal-varjeta` Sante, il-bidwi qed idaħħal prezz medju ta Lm14 kull qantar, prezz li huwa madwar 40% ogħla mil-prezzijiet medji miksuba fis-snin 1997 u 1998. Dan setgħa jsir għax il-Gvern innegozja kuntratt aktar favorevoli b'varjeta` iżjed bikrija, dik Sante, kif ukoll għax il-bdiewa tejbu l-kwalita` fir-rigward ta' użu ta' bexx u ta' traceability.

Għaldaqstant, fil-futur, in-niċċa ta' dan il-prodott għandha tkompli ti'i mkabbra u msaħħa bi twaqqif ta' Producers Organizations tal-bdiewa speċifikament għall-patata ta' l-esportazzjoni, liema għaqda tal-bdiewa allura għandha tesi'i l-aħjar sistemi ta' produzzjoni ta' varjetajiet ta' patata bil-għan li jinkisbu l-aħjar prezzijiet għall-bdiewa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow