Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-INTERN

pr0795
Date Icon 29/05/2001

Michuda rapporti ta` tnaqqis fid-dhul tal-Pulizija tat-Traffic; anzi tjiebu il-kondizzjonijiet

Il-Ministeru ta' l-Intern jirreferi ghal rapporti u stqarrijiet li dehru fl-istampa fis-sens li qed jonqos id-dhul tal-Pulizija fis-Sezzjoni tat-Traffic, u li dan jifforma parti minn strategija ta' tnaqqis fil-beneficcji li jgawdu l-Pulizija.

Ta' min ighid ghalhekk li bhala fatt is-salarju fix-xahar ta' Surgent fit-Traffic Branch minn salarju baziku ta' Lm362.50 fl-1998 tela' ghal Lm471.50 din is-sena. L-overtime fis-sena tela' min Lm460 fl-1998 ghal Lm941 fis-sena 2000, id-dhul mill-allowances minn Lm1153 fil-1998, ukoll se jirregistra zjieda tant li fl-ewwel hames xhur tas-sena 2001 diga` jammonta ghal Lm509.

Dawn ic-cifri gew bazati fuq id-dhul ta' kuntistabbli tat-traffic maghzulin at random.

Ic-cifri ghal kuntistabbli irregistraw zjieda simili. Minn dhul ta' Lm362 fix-xahar bhala salarju baziku ghal Lm443 fl-2001. 'Overtime' ta' Lm308 fl-1998 issa tela` ghal Lm556 fl-2000 u fl-ewwel 5 xhur tas-sena diga` Lm226.

Il-vot finanzjarju fil-Budget ghar-rigward il-Pulizija zdied sostanzjalment kif gej:-

PagicSalarji

Overtime

Allowances

1998

8,144,000

240,000

1,158,000

1999

8,492,000

330,000

1,356,000

2000

8,500,000

270,000

1,370,000

2001

10,355,000

260,000

1,570,000

Komparat mal-1998

(+27%)

(+8%)

(+36%)

Ghalhekk kuntrarjament ghal dak li jsostni il-kelliem ewlieni tal-Opposizzjoni Dr Gavin Gulia, meta wiehed iqis il-kwadru shih tad-dhul tal-Pulizija illum imqabbla ma' l-1998, l-ahhar sena ta' Gvern Laburista, wiehed jista`jikkonferma kemm tjieb id-dhul tal-Korp tal-Pulizija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow