Left arrow Go Back

L-IMPENN TAL-GVERN FIL-LOGHOB TA' SAN MARINO

pr0783
Date Icon 25/05/2001

Illum saret konferenza stampa organizzata mis-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni dwar l-impenji tal-Gvern fil-loghob ta' San Marino. Ghal din il-konferenza attendew is-Segretarju Parlamentari, l-Onorevoli Jesmond Mugliett, il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, l-Imhallef Lino Farrugia Sacco, id-Direttur tad-Dipartiment Zghazagh u Sports, is-Sur John Demanuele, il-Kuratur fid-Dipartiment ta' l-Arkeologija is-Sur Nathaniel Cutajar, kif ukoll is-Sur Pierre Bonello, Graphic Designer fid-Dipartiment tal-Muzewijiet, li ha hsieb id-disinn ta' l-esibizzjoni li qed issir waqt il-Loghob.

Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett tkellem dwar l-impenn tal-Gvern fit-thejjijiet ghal diversi loghob ta' San Marino. L-Onor. Mugliett semma l-ghajnuna finanzjarja li l-Gvern ta lill-Kumitat Olimpiku Malti sabiex dan ikollu r-rizorsi kollha biex l-atleti jkunu jistghu jigu mharrga u preparati biex meta jikkompetu jiksbu rizultati pozittivi u nkoragganti. L-Onor. Mugliett qal li din l-edizzjoni tal-loghob ghandha sinifikat importanti ghal Malta minhabba li diversi ufficjali ser josservaw l-organizzazzjoni generali bi thejjija ghall-loghob li ghandhom isiru hawn f'Malta fis-sena 2003. Il-loghob ta' San Marino ser iservi wkoll sabiex diversi atleti zghazagh jiksbu esperjenza importanti biex jilhqu il-livell mehtieg fl-istess loghob ta' Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett tkellem dwar iz-zewg esibizzjonijiet, li ghandhom jifthu nhar it-Tnejn, bhala parti mill-programm imhejji apposta ghal waqt l-attivitajiet kulturali li ser isiru waqt il-Loghob ta' San Marino. Esibizzjoni minnhom ser tkun dwar il-Wirt Arkeologiku Malti bit-titlu ‘Sacred Spaces in Prehistory Malta 5000-2500 B.C.' Id-Dipartiment ta' Arkejologija baghat diversi oggetti originali li tpoggew f'vetrini u stands provduti mill-Gvern ta' San Marino. Ufficjali mid-Dipartiment tal-Muzewijiet telghu San Marino biex jassistu f'din l-esibizzjoni. Il-fondi ghal din l-esibizzjoni hargu mil-fondi tad-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport. It-tieni esebizzjoni ‘Malta 2003' ser tipprometti l-aspetti turistiku ta' Malta filwaqt li tesponi l-potenzjal turistiku, partikolarment fil-perjodu meta jsiru l-loghob hawn Malta.

It-Tlieta 29 ta' Mejju 2001, is-Segretarju Parlamentari ser jattendi ghal-laqgha tal-Ministri ta' l-iSport tal-pajjizi li ser jippartecipaw f'dawn il-loghob li huma Andorra, Cipru, Islanda, Liechtenstein, Lussemburgu, u Monaco. Hawn fost l-ohrajn ser jigi diskuss l-izvilupp fl-isports u turizmu sportiv u strategiji li kull pajjiz individwalment qed jimplimenta.

Il-Hamis, 31 ta' Mejju 2001, ser tkun organizzata konferenza stampa dwar il-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar li ghandu jsir hawn Malta fis-sena 2003. Din qed tkun organizzata mis-Segretarjat Parlamentari u mill-Kumitat Olimpiku Malti. Hawn ser jinghata taghrif dwar il-preparamenti kemm mil-lat ta' amministrazzjoni li jinkludu l-preparamenti tal-facilitajiet kif wkoll mil-lat ta' organizzazzjoni generali. Ghal din il-konferenza stampa thejja video dwar il-facilitajiet sportivi. Din il-gurnata ser tintemm b'riceviment organizzat mill-awtoritajiet Maltin fejn ser jattendu l-Ministri ta' l-iSport flimkien ma' persuni distinti ohra prezenti ghal-Loghob ta' San Marino.

Is-Sibt, 2 ta' Gunju 2001, jigu fit-tmiem il-loghob. Din l-okkazjoni ser tkun tikkonsisti f'‘hand over' tal-bandiera minghand l-Awtoritajiet ta' San Marino lill-President tal-Kumitat Olimpiku Malti. Il-prezenza tal-Gvern Malti f'din ic-cerimonja ghandha turi l-importanza li l-Gvern qieghed jaghti ghall-organizzazzjoni ta' dawn il-loghob f'Malta fl-2003.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow