Left arrow Go Back

SILTIET MID-DISKORS TA' L-ONOR. CENSU GALEA, MINISTRU GHAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, FL-OKKAŻJONI TA' L-G'?OTI TAD-DINGHY LILL-PULIZIJA G'?AWDXIJA

pr0771
Date Icon 24/05/2001

Waħda mir-responsabbiltajiet ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta hija li tħares is-sigurta` mhux biss ta' vapuri kbar f'ibħra internazzjonali iżda wkoll ta' uċuh tal-baħar madwar xtutna. Nhar it-Tlieta, 29 ta' Mejju, 2001 ser ikunu ppubblikati regolamenti 'odda dwar bastimenti żgħar li mbagħad il-parti l-kbira minnhom ser ji'u fis-seħħ fl-1 ta' Gunju, 2001. L-għan ta' dawn ir-regolamenti hu li titrawwem kultura ta' sewqan responsabbli fuq il-baħar li sal-lum ftit li xejn teżisti. In-numru ta' bastimenti żgħar u ta' daqs medju fl-ibħra ta' madwar Malta u Għawdex, kif ukoll il-veloċita ta' bosta minnhom qegħdin dejjem jiżdiedu u magħhom jikber il-periklu kemm għal min ikun fuqhom u kultant iktar u iktar għall-pubbliku li jkun qiegħed igħum fl-inħawi. '?afna minn dawn ir-regolamenti kienu di'a' jeżistu iżda issa n'abru u ċerti każi 'ew emendati sabiex issa kulħadd ikun jista' ja''orna ruħu aħjar. Illum minbarra dilettanti hawn ukoll ħafna nies li jaqilgħu l-għejxien tagħhom fuq il-baħar madwarna u hawn ħafna oħrajn li jipprattikaw xi sport tal-baħar.

Sabiex iktar jonqos il-periklu fix-xhur tas-Sajf, l-Awtorita' tistabbilixxi wkoll mhux anqas minn 13-il żona madwar il-Gżejjer Maltin fejn ma jkunx permess li jidħlu dgħajjes u bastimenti żgħar. Fost dawn issib 4 f'Għawdex u 3 f'Kemmuna. Dawn iż-żoni qegħdin jippermettu lill-pubbliku jgawdi minn għawm bla biża', fil-kwiet u f'baħar nieqes mit-tni''is ta' l-in'enji tal-baħar.

Sakemm din il-kultura ta' sigurta' tkun għadha ma daħlitx biżżejjed għandna bżonn aktar infurzar tal-li'i mill-pulizija marittima. Kien propju dan l-iskop li wassal lill-Awtorita' Marittima li tgħaddi d-dinghy lill-Pulizija t'Għawdex.

L-awgurju tiegħi huwa li l-impenn tal-Gvern għat-tnaqqis tal-periklu fil-baħar kif hu attwat kemm mill-Awtorita' Marittima kif ukoll mill-Pulizija jilħaq l-għan tiegħu bil-koperazzjoni tal-baħħara u ta' l-għawwiema, b'riżultat t'hekk ikollna Sajf b'anqas diżgrazzji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow