IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-POLITIKA SOCJALI GIE PPREZENTAT B'NUMRU TA' "WALKING FRAMES" GHAR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL
Din is-sena wkoll, il-Liceo bniet "Margaret Mortimer" ta' Santa Lucia pprezentaw programm edukattiv u kulturali lill-anzjani gewwa r-Residenza San Vincenz de Paul, bhala parti minn tlett ijiem ta' attivitajiet marbuta mal-"Prize Day" tal-iskola.
L-attivita' bdiet b'VIDEO dwar l-iskola "Margaret Mortimer" li din is-sena taghlaq hames snin mill-ftuh taghha, ghalhekk din hija l-ahhar sena ta' l-ewwel grupp ta' studenti li dahlu hames snin ilu. L-istudenti tad-drama pprezentaw ukoll il-Ballata "L-Gharusa tal-Mosta" ta' Anton Buttigieg b' kostumi tal-epoka mill-isbah. Kien imiss imbaghad il-Kor tal-iskola immexxi mill-ghalliema tal-muzika Mrs D. Debono.
Fl-ahhar tal-programm, il-Headmistress tal-Liceo Ms Jane Micallef irringrazzjat lill-Onor. Antoine Mifsud Bonnici u l-amministrazzjoni tar-Residenza San Vincenz de Paul, talli l-istudenti kellhom ic-cans jipprezentaw dan il-programm quddiem l-anzjani f'dan it-teatru. Hija pprezentat numru ta' "WALKING FRAMES" biex jintuzaw mill-anzjani gewwa San Vincenz de Paul. Dan hu kontribut ta' generazzjonijiet zghar lejn l-anzjani.
F'diskors qasir, is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici fahhar l-inizzjattiva ta' din l-iskola li jipprezentaw dawn it-tip ta' attivitajiet f'dan it-teatru quddiem udjenza ta' anzjani ghax b'hekk l-istudenti jimmaturaw u japprezzaw izjed il-hajja taghhom u ta' madwarhom. Huwa rringrazzjahom ta' din l-ghotja ghax b'gesti bhal dawn noholqu "SOCJETA` GHAL KULHADD" jigifieri socjeta' inkluziva fejn jiltaqghu generazzjonijiet differenti biex hadd ma jibqa' lura; fejn l-anzjani nfushom jippartecipaw fil-hajja u fil-komunita` ta' madwarhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN