DECIZJONI TAT-TRIBUNAL TAL-BORSA TA' MALTA RIGWARD AKKWIST TA' ISHMA FIL-LOMBARD BANK
IT-TRIBUNAL TAL-BORZA TA' MALTA
Pierre Lofaro LL.D. - Chairperson
Frank Bonello FCIB - Membru
Mario Bonello ACIB – Membru
Illum, 11 ta' Mejju 2001
Id-decizjoni tat-tribunal li qeghda tinghata in segwitu ghal dik tat-30 ta' Novembru 2000 fejn it-tribunal kien iddecieda li hemm raguni bizzejjed biex issir investigazzjoni dwar attivita irregolari li giet allegata jew suspetta mill-Kunsill tal-Borza ta' Malta ("il-Kunsill") fir-rapport tieghu tal-5 ta' April 2000 rigwardanti l-akkwist ta ishma f'Lombard Bank Malta plc ("Lombard Bank") da parti tas-Sur Norman Mifsud, direttur ta l-istess Bank, fis-7 ta' Settembru 1999 u cioe fil-perjodu projbittiv ta' xaharejn qabel ma thabbru r-rizultati finanzjarji annwali tal-Bank fil-5 ta' Novembru 1999.
Is-Segretarju tal-Kunsill kien baghat ittra datata 5 ta' April 2000 lit-tribunal, liema ittra tghid hekk:-
"I have been directed by the Council of the Malta Stock Exchange to submit a Report in terms of Section 26 (2) of the Malta Stock Exchange Act (Cap 345) in respect of a suspected irregular practice in Exchange dealings.
Considerations of Fact
Lombard Bank Malta plc ("the Bank") by letter dated 25 August 1999, informed the Exchange in writing that the Bank was planning to make a rights offer to its ordinary shareholders at a date yet to be determined. It was then intended to time this rights issue towards the end of November 1999 or beginning of December1999.
Mr Norman P Mifsud [ID N° 395239(M)] a director and Deputy Chairman of Lombard Bank Malta plc acquired on the 7 September 1999, 5298 Lombard Bank Malta Ordinary Shares. These shares were credited on the same day to MSE A/C No 76198 in the name of the said Norman P Mifsud at the Exchange's Central Securities Depository.
On Friday, 10 September 1999, the Bank issued a Company Announcement under the signature of its Company Secretary in terms of Bye-law 6.05.05 (i) to the effect that its Board of Directors was to meet on 5 November 1999 to consider and approve the announcement of profits for the year ended 30 September 1999 for publication.
This announcement was relayed to the market through the Exchange on 13 September 1999.
On 20 December 1999, the Bank issued a Company Announcement under the signature of its Company Secretary in terms of Bye-law 6.05.04 to the effect that its Board of Directors had agreed to effect a 1 for 4 Rights Offer to be made to all those shareholders on the register as at close of business on Monday, 20 December 1999. The offer price was set at Lm3.98 per share, approximately 12% below the market price of that day.
The Exchange relayed to the market this information on that same day.
The above facts are being brought to your attention for you to determine whether there are sufficient grounds for holding an investigation and, if in the affirmative, to investigate such alleged or suspected irregular practice in Exchange dealings for you to take whatever action you deem fit and proper.
Given the nature of the suspicion, the attention of the Tribunal is drawn to Section 25 of the Malta Stock Exchange Act in terms of which the Tribunal may regard it fit and proper to conduct its proceedings in private."
In segwitu ghal din l-ittra u a tenur ta' l-artikolu 26(2) ta' l-Att dwar il-Borza ta' Malta (Kap. 345) it-tribunal ghadda biex jikkonsidra l-attivita irregolari allegata jew suspetta f'negozzjar fil-Borza indikata fl-istess ittra bil-ghan illi jekk it-tribunal jaqtaghha li jkun hemm raguni bizzejjed biex issir investigazzjoni jaghmel l-investigazzjoni necessarja u jiehu dik l-azzjoni li jqis li tkun l-aktar sewwa u xierqa.
Fis-Seduta li t-tribunal zamm fis-26 ta' Mejju 2000 Dr. Robert Vella Baldacchino ghall-Kunsill ikkjarifika l-punti li skond il-Kunsill ghandhom jigu ezaminati billi qal li dawn jikkonsistu filli s-sur Norman Mifsud akkwista ishma f'Lombard Bank -
" (a) fi zmien meta huwa bhala direttur fuq il-Bord tad-Diretturi ta' l-istess Lombard Bank Malta plc kellu informazzjoni li tista titqies bhala price sensitive u li ma kinitx ghada pubblikata; u
(b) illi l-akkwist ta' dawn l-ishma sar fil-perjodu ta' xagharejn qabel ma r-risultati finanzjari ta' l-istess kumpannija Lombard Bank Malta plc gew debitament pubblikati fil-Borza ta Malta"
Is-sur Norman Mifsud cahad li hu kkommetta dawn l-attivitajiet irregolarii f'negozjar fil-Borza.
Fit-30 ta' Novembru 2000, wara li kien gabar l-informazzjoni kollha mehtiega u sema kemm lill-Kunsill kif ukoll lis-Sur Norman Mifud, dan it-tribunal, fid-dawl ta' dak li jiddisponi l-artikolu 26(2) tal-Kap.345, ta d-decizjoni tieghu dwar jekk hemm raguni bizzejjed biex issir investigazzjoni in segwitu ghall-imsemmi rapport tal-5 ta' April 2000 tal-Kunsill.
Ghar-rigward l-ewwel punt imsemmi minn Dr. Vella Baldacchino, t-tribunal iddecieda :
"li m'hemmx raguni bizzejjed sabiex issir investigazzjoni dwar l-attivita irregolari f'negozjar fil-Borza li giet allegata jew suspetta mill-Kunsill fir-rapport tal-5 ta' April 2000 li meta s-Sur Norman Mifsud akkwista 5298 sehem f'Lombard Bank fis-7 ta' Settembru 1999 hu kellu fil-pussess tieghu "unpublished price sensitive information".
Ghar-rigward l-allegata attivita iregolari l-ohra u cioe illi l-akkwist ta' l-ishma sar fil-perjodu ta' xaharejn qabel ma r-risultati finanzjarji tal-Lombard Bank gew debitament pubblikati fil-Borza ta' Malta it-tribunal, a bazi tas-segwenti fatti li rrisultawlu:
"Fix-xhieda tieghu moghtija fit-23 ta' Gunju 2000 is-Sur Graham Fairclough qal "illi bhala segretarju tal-kumpanija jiena dahhalt prattika kemm qabel it-thabbir tal-half yearly results kif ukoll ta' dawk ta' sena shiha illi permezz ta' cirkolari infakkar lid-diretturi u l-impejegati tal-Bank fl-obbligu taghhom ghar-rigward negozju f'ishma fix-xahrejn precedenti qabel ma jithabbru."
Fis-27 ta' Awwissu 1999 is-Sur Fairclough baghat cirkulari fejn indika illi r-risultati ta' sena shiha kienu se jithabbru "towards the middle of November 1999".
Fis-7 ta' Settembru 1999 s-Sur Norman Mifsud xtara 5298 sehem f'Lombard Bank.
Fl-10 ta' Settembru 1999 is-Sur Fairclough baghat cirkulari ohra fejn qal illi r-risultati kienu se jigu imhabbra fl-5 ta' Novembru 1999.
Ir-risultati fil-fatt gew imhabbra fil-5 ta' Novembru 1999."
u wara li kkonsidra
"Illi l-Borza ta' Malta qeghda taghmel riferenza ghal Bye-Law li fi zmien meta s-Sur Norman Mifsud xtara l-ishma de quo kellu n-numru 6.05.07 (iv). Illum, wara xi emendi li saru, dan il-Bye-Law igib in-numru 6.05.07 (iii). Il-kontenut ta' dan il-Bye-Law, pero, baqa prattikament l-istess.
Dan il-Bye-Law jghid:-
"During the period of the two months immediately preeceding the preliminary announcement of the company's annual results and the announcement of the half-yearly results together with dividends and distributions to be paid or passed, and during a period of one month if the company reports the results on a quarterly basis, a director should not purchase any securities of the company nor should he sell any such securities unless the circumstances are exceptional, for example where a pressing financial commitment has to be met and this with the written prior approval of the Council. However, for the final quarter, the period of two months will still apply."
Illi m'hemmx dubju illi ksur ta' dan il-Bye-Law da parti ta' direttur jammonta ghal attivita irregolari f'negozjar fil-Borza. M'hemmx dubbju ukoll illi l-akkwist ta' l-ishma da parti tas-Sur Norman Mifsud fis-7 ta' Settembru 1999 sar fil-perjodu ta' xaharejn li immedjatament ipprecedew it-thabbir tar-risultati annwali ta' Lombard Bank. Illi ghalkemm jidher illi s-Sur Norman Mifsud gie sgwidat bl-ittra tas-27 ta' Awwissu 1999 mibghuta mis-Sur Graham Fairclough, it-tribunal ma jhossx li ghandu jieqaf hawn imma jhoss li ghandu jinvestiga il-kwistjoni b'mod aktar profond u jindaga l-import ta' l-oneru li l-istess Bye-Law jimponi fuq id-diretturi fid-dawl tal-fatt li hafna drabi d-diretturi ma jkunux jafu bi precizjoni meta se jibdew jiddekorru l-perjodi stabbiliti mill-imsemmi Bye-Law billi d-data tat-thabbir tar-risultati finanzjarji ma tkunx ghada maghrufa. Fi ftit kliem jidher li hafna drabi d-data meta jibdew jghaddu l-perjodi previsti mill-Bye-Law de quo tkun maghrufa biss wara li tkun ghaddiet l-istess data bil-konsegwenza li direttur jista jsib ruhu f'sitwazzjoni fejn wara jiskopri li jkun kiser l-istess Bye-Law minghajr ma kellu l-intenzjoni li jaghmel hekk fid-data meta jkun ghamel in-negozju."
ddecieda :
"li hemm raguni bizzejjed biex issir investigazzjoni dwar l-attivita irregolari li giet allegata jew suspetta mill-Kunsill fir-rapport tieghu tal-5 ta' April 2000 rigwardanti l-akkwist ta' l-istess ishma da parti tas-Sur Norman Mifsud fil-perjodu prohibittiv ta' xaharejn qabel ma thabbru r-risultati finanjarji annwali ta' Lombard Bank fil-5 ta' Novembru 1999 billi prima facie kien hemm ksur tal-Bye-Law 6.05.07 (iv). Din hi haga li dan it-tribunal ma jistghax ihallija ghaddejja qisu ma gara xejn, anki jekk ikompli jirrisulta li s-Sur Mifsud gie zgwidat. L-artikolu 26(2) tal-Kap 345 jaghti poteri kbar lil dan it-tribunal biex jezamina u jinvestiga attivitajiet irregolari f'negozjar fil-Borza u ma jeskludix minn dan l-ezami u investigazzjoni attivitajiet irregolari li ma jkunux saru b'intenzjoni hazina u billi l-istess artikolu jaghti lil dan it-tribunal is-setgha li "jiehu dik l-azzjoni li jqis li tkun l-aktar sewwa u xierqa" dan it-tribunal jifhem li f'kazijiet fejn attivita irregolari f'negozjar fil-Borza tkun saret minghajr intenzjoni hazina huwa ghandu d-dover li jinvestiga u jiehu dik l-azzjoni li jqis li tkun l-aktar sewwa u xierqa biex kemm jista jkun tali irregolarita ma tirrepetix ruhha."
Illi ghalhekk, wara li ta din id-decizjoni fit-30 ta' Novembru 2000, t-tribunal iddiferixxa l-proceduri sabiex jibda l-investigazzjoni tieghu dwar l-akkwist ta' l-ishma de quo fil-perjodu prjobittiv ta' xahrejn.
Illi fl-ewwel seduta li nzammet, u cioe dik tad-9 ta' Jannar 2001, Dr R Vella Baldacchino ghal Borza ta' Malta ssottometta -
" illi 1-Kunsill tal-Borza ta' Malta m'ghandu xejn aktar xi jzid fuq il-kwistjoni tal-perjodu maghluq ta' xahrejn ma' dak li ga gie sottomess bil-miktub fin-nota tieghu ga esebita fl-atti ta' dan il-kaz. In sintezi il-Kunsill huwa tal-fehma illi il-Bye Law li tipprojbixxi negozju minn Direttur fit-titoli kkwotati tal-kumpanija li taghha huwa Direttur fil-perjodu tax-xahrejn li jipprecedi it-thabbir tar-rizultati annwali hija tassattiva u allura huwa 1-oneru tad-Direttur illi jara illi bl-agir tieghu dik il-Bye Law tkun dejjem segwita minnu. Dan ghandu japplika wkoll fic-cirkostanza meta id-data tat-thabbir tar-rizultati annwali tkun ghada ma' gietx iffissata b'certezza; haga li fil-prattika tfisser illi d-Direttur ma' jinnegozjax anke jekk ex post il-perjodu jista jammonta ghal aktar minn xahrejn."
Da parti tieghu, Dr. Gavin Gulia ghas-Sur Norman Mifsud ghamel
" referenza ghan-nota ta' osservazjonijiet diga ppresentata fl-atti ta' din il-procedura li tenfasizza li l-uniku mod li Direttur jista' bl-agir tieghu imur kontra il-Bye Law in kwistjoni huwa meta xjentement u volutament jinnegozja f'ismu taht il-perjodu ta' xahrejn, cirkostanzi meta huwa jkun jaf a priori id-data preciza tat-thabbir tar-rizultati annwali. Kull interpretazjoni obra ma tistax tregi sakemm ma' jkunx il-Bye Law innifsu jew Bye Law iehor li jippostula obbligu fuq id-Direttur li jezercita xi obbligu ta' prudenza aktar minn dak li jimponi fuqu il-Bye Law 6.05.07(iii)."
F'dan l-istadju, u wara li ma rrisulta l-ebda fatt saljenti gdid, it-tribunal iddecieda illi ghandom jissejhu s-segretarji ta HSBC Bank Malta plc, Bank of Valletta plc, Maltacom plc, Middle Sea Insurance plc u Simonds Farsons Cisk plc sabiex jigbor minghandhom l-informazzjoni kollha necessarja dwar il-proceduri li huma jaddottaw sabiex d-diretturi tal-kumpanniji rispettivi taghhhom ikunu jafu meta se jibdew jiskattaw il-perjodi projbittivi kkontemplati fl-imsemmi Bye Law.
Is-Sur Ray Fava, segretarju tal-kumpanija Maltacom plc, xehed illi il-Maltacom thabbar ir-rizultati taghha kull tlett xhur. Is-Sur Fava kien zied illi:
"ghandna Kodici ta' Procedura li jkopri s-sena kollha u mhux biss meta jkunu se jithabbru r-rizultati kull tlett xhur…Ma dan il-Kodici ghandna lista tad-diretturi u impjegati tal-kumpanija li minhabba n-natura tad-dmirijiet taghhom jista' b'xi mod jew iehor ikollhom access ghal dokumenti jew taghrif li jista' jigi kklassifikat bhala ‘price sensitive'."
Is-Sur Fava zied jghid :
"Fil-kaz li l-kumpanija tkun waslet biex thabbar ir-rizultati taghha ta' kull tlett xhur in-nies kollha fil-lista ufficjali bic-Chairman tal-Bord tad-Diretturi nkluz jigu avzati b'ittra registrata li minn data specifikata fl-ittra jkun sejjer jibda jsehh bhala li jkun maghruf bhala "black out period" u li matul dan il-perjodu indikat hadd ma jkun jista' jaghmel bejgh jew xiri ta' l-ishma tal-kumpanija taghna…..Jiena nkun naf bil-precizjoni minn qabel…meta jkunu se jithabbru r-rizultati…Fil-fatt huwa l-Bord tad-Diretturi li jistabbilixxi fuq rakkomandazzjoni tac-Chief Executive id-data tat-thabbir tar-rizultati……
Nonostante l-proceduri li nuzaw, in vista tal-fatt li l-Maltacom thabbar r-rizultati taghha kull tlett xhur jista' jkun il-kaz li direttur jinqabad innocentement ….kien hemm kaz partikolari fejn direttur, minghajr ma kien jaf, biegh tramite il-konsulent finanzjarju tieghu numru ta' ishma tal-kumpannija fil-black out period pero l-Borza ta' Malta ma haditx passi kontra tieghu u accettat l-ispjegazzjonijiet li inghatawlha."
Is-Sur Victor Cardona, segretarju tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank of Valletta plc xehed :
"Il-Bank of Valletta ghandu prattika illi fil-bidu ta' kull sena jistabilixxi d-data meta l-Bord tad-Diretturi jkun se jiltaqa biex jikkonsidra kemm il-half yearly results u l-annual results……"
Hu zied jghid li qabel ma jibda ghaddejj il-perjodu projbittiv ta' xaharejn tintbaghat ittra lil kull persuna li l-Bank jikkonsidra li tokkupa kariga b'acces ghal informazzjoni li tista tkun price sensitivefejn jigu mfakkra fil-projbizzjoni u meta din il-projbizzjoni tkun se tidhol fis-sehh.
Is-Sur Cardona qal ukkoll ;
" …illi l-Bank qatt ma janticipa il-laqgha tal-Bord tad-Diretturi ghal data li tkun inqas minn xaharejn minn meta jkun iffissa l-cut off date u dan biex ma jigux zgwidati l-persuni imsemmija."
Evander Borg, is-segretarju tal-Middle Sea Insurance plc, xehed illi:-
"F'Dicembru ta' kull sena id-Diretturi jigu avzati bil-Board Meetings tas-sena ta' wara inkluz il-Bord Meeting li fih ikunu se jigu kkunsidrati l-half yearly results u dak li fih se jkunu kkunsidrati r-rizultati annwali. B'hekk huma jkunu jafu b'mod preciz meta jkun se jiskatta l-perjodu projbittiv ta' xahrejn kif ikkontemplat fil-Bye Law."
Is-Sur Borg zied jghid illi qabel ma jibda jghaddi il-perjodu projbittiv ta' xaharejn huwa jerga jfakkar lid-diretturi bil-miktub fl-obbligi taghhom.
Dr. Andre' Camilleri, segretarju tal-kumpanija Simonds Farsons Cisk plc, xehed dwar prattika simili addottata minn din il-kumpanija:-
"F'Dicembu ta' kull sena id-Diretturi jigu avzati bid-data tal-laqghat tad-Diretturi tas-sena sussegwenti inkluz id-data tal-bord li fiha se jkunu kkunsidrati r-rizultati annwali u l-laqgha tal-Bord li fiha jkunu kkunsidrati l-half yearly results. Il-laqghat tad-diretturi li fihom ikun previst illi jigu kkunsdrati l-imsemmija rizultati….ma jigux anticipati….B'hekk id-diretturi jkunu jafu bil-preciz il-gurnata illi fiha jibda jiddekorri l-perjodu projbittiv ta' xaharejn. Fil-Kumpannija Simonds Farsons Cisk id-diretturi huma konxji mill-obbligi taghhom f'dan ir-rigward u qatt ma nhasset il-htiega biex nohrog cirkolari meta jibda l-perjodu projbittiv"
Fl-ahhar nett deher ukoll Dr. Philip Farrugia Randon, segretarju tal-HSBC Bank Maltaplc li qal:-
"….il-Bord tad-diretturi tal-HSBC, salv meta jkun hemm xi raguni straordinarja, jiltaqa cirka erba darbiet fis-sena u dawn l-laqghat jigu ffissati immmedjatament wara l-Annual General Meeting u b'hekk id-diretturi jkunu jafu bil-preciz meta jkunu se jiltaqghu...….Jiena bhala
Segretarju naghti kaz partikolari lil zewg laqghat tad-Diretturi u cioe' dik li fiha se jkunu kkunsidrati il-half yearly accounts u dik li fiha jkunu se jigu kkunsidrati l-final accounts u dan peress li dawn il-laqghta iridu jkunu konformi ma skeda li tinvolvi kemm l-awdituri tal-bank fix-xoghol li jridu jaghmlu kif ukoll dati stabbiliti mill-Companies Act ghal Annual General Meeting. B'hekk id-Diretturi jkunu jafu ferm minn qabel meta se jibdew jiskattaw il-perjodi projbittivi ta' xahrejn. Oltre dan, ghalkemm jiena m'inix obligat, hadt id-drawwa illi qabel ma jibdew jghaddu dawn il-perjodi ta' xahrejn jien nfakkar lid-Diretturi bil-miktub bl-obbligi taghhom li ma jinnegozjawx fl-ishma tal-Bank fl-imsemmi perjodu ta' xahrejn."
Illi, tribunal wara li kkonsidra dan kollu, ghalkemm teknikament irrisulta illi s-Sur Norman Mifsud kiser il-Bye Law 6.05.7 (iv) [illum 6.05.07 (iii)] peress illi fis-7 ta' Settembru 1999, meta huwa kien direttur ta' Lombard Bank, xtara ishma ta' l-istess Bank u dan ghamlu fil-perjodu projbittiv ta' xaharejn qabel ma thabbru r-rizultati finanzjarji annwali tal-Bank fil-5 ta' Novembru 1999, huwa gie zgwidat f'dan l-agir tieghu bic-cirkolari tas-27 ta' Awwissu 1999 mibghuta mis-segretarju tal-kumpannija fejn gie indikat illi r-rizultati ta' sena shiha kienu se jithabbru "towards the middle of November 1999" u ghalhekk it-tribunal f'dawn ic-cirkostanzi - ta' nuqqas ta' intenzjoni da parti tas-Sur Mifsud li jikkommetti xi irregolarita - ma jidhirlux illi ghandu jiehu xi azzjoni fir-rigward tieghu.
Illi sabiex il-Bye Law de quo jkun jista jigi osservat bil-precizjoni li jikkontempla jehtieg li direttur ikun jaf minn qabel meta se jkunu se jibdew jiskattaw il-perjodi li jissemew fl-istess Bye Law. Altrimenti sabiex ma jsibx ruhu f'sitwazzjoni fejn ikun kiser il-Bye Law, direttur ikollu jiehu l-prekawzjoni li jiddesiti mill-jinnegozzja fl-ishma tal-kumpannija illi taghha hu direttur ghal perjodu itwal minn dak mahsub fil-Bye Law; haga li m'ghandiex tkun necessarja jekk il-kumpannija koncernata taddotta certi mizuri bhal dawk segwiti minn HSBC Bank Malta plc, Middle Sea Insurance plc u Simonds Farsons Cisk plc.
Mizuri bhal dawn mhux biss jaghtu kalendarju car u preciz lil kull direttur li ma jkunx irid jikkommetti irregolarita imma jikkonformaw ukoll mall-principju generali illi direttur ta' kumpannija, li l-ishma taghha huma kkwotati fuq il-Borza, ghandu dritt jinnegozja fl-ishma tal-kumpannija li taghha huwa direttur hlief f'dawk ic-cirkostanzi fejn xi provvediment jghid xort' ohra u dan ghaliex direttur m'ghandux jigi inutilment prekluz milli jippartecipa b'mod attiv fil-kumpannija li taghha jokkupa l-kariga ta' direttur billi jinnegozja fl-ishma taghha.
Ghal dawn il-mottivi t-tribunal:-
- Jiddeciedi illi ma jiehu ebda azzjoni fil-konfront tas-Sur Norman Mifsud ghar-rigward ix-xiri ta' 5298 sehem f'Lombard Bank fis-7 ta' Settembru 1999 billi ghalkemm b'dan in-negozju huwa teknikament kiser il-Bye Law 6.05.07 (iv) [illum 6.05.07 (iii)] u ghalhekk ikkommetta attivita irregolari f'negozjar fil-Borza huwa kien gie zgwidat f'dan l-agir tieghu bic-cirkolari tal-Bank tas-27 ta' Awwissu 1999 u ma kellu l-ebda intenzjoni li jikkommetti xi irregolarita;
- Jordna li kull kumpannija li ghaliha japplika l-Bye Law 6.05.07 (iii) taddotta l-procedura li immedjatament wara l-laqgha Generali Annwali tiffissa l-laqghat tal-Bord tad-Diretturi li fihom fis-sena li tkun gejja jkunu sejrin jigu kkunsidrati r-risultati finanzjarji kkontemplati fl-istess Bye Law u li dawn id-dati ma jigu anticipati taht l-ebda cirkostanza; u
- Jordna li din id-decizjoni tigi immedjatament ikkomunikata lis-segretarji tal-kumpaniji kollha illi ghalihom japplika l-Bye Law 6.05.07 (iii).
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN