Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI JINDIRIZZA KONFERENZA STAMPA DWAR L-IMPENN NAZZJONALI BIEX INSEBB'?U PAJJIŻNA

pr0752
Date Icon 22/05/2001

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nieda l-edizzjoni 2001-2002 tal-kompetizzjoni "Sebbaħ Pajjiżek" maħsuba biex tqajjem kuxjenza ċivika li tippromwovi aktar titjib fl-ambjent lokali f'kull belt u raħal f'Malta u '?awdex. It-tisbiħ tal-lokalita` kien l-ewwel responsibilta` li ngħataw il-Kunsilli Lokali u dan juri l-importanza dejjiema ta' dan is-settur.

F'diskors ta' l-okkażjoni l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt qal li mill-bidu kien hemm id-diffikulta ta' kif tagħżel lil min jistħoqqlu jkun ippremjat. Bir-regolamenti preżenti tal-kompetizzjoni l-'urati kienu daru u spezzjonaw kull 'nien u bajja f'pajjiżna qabel għażlu min għandu jkun ppremjat. Dan kien qed ifisser li peress li l-Kunsilli ma kienux qed jintalbu jippartċipaw fil-kompetizzjoni, ma kienx ikun hemm sforz kompetittiv li fuq kollox ifisser titjib f'dawn il-faċilitajiet. Dan kien qed ifisser li l-pubbliku ma kienx involut f' din il-kompetizzjoni.

Kien għalhekk li minn din is-sena il-Kunsilli qed jintalbu jieħdu l-inizjattiva huma li jdaħħlu 'nien, bajja, eċċ minn jeddhom. It-tibdil fir-regolamenti għandu jwassal għal iktar parteċipazzjoni u involviment minn naħa tar-residenti.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Gatt tkellem fuq l-importanza li qed tingħata lil din l-inizjattiva kemm mill-Gvern, mil-Kunsilli Lokali, mill-Awtorita` tat-Turiżmu u mis-settur privat.

Il-Ministru Gatt qal li s-sinifikat ta' din il-kompetizzjoni m'hux xi inċentiv biex nagħmlu dak li hu dmirna lkoll, ji'ifieri nieħdu ħsieb pajjiżna. Is-sinfikat huwa l-opportunita` biex nagħrfu li għalkemm fl-aħħar snin għamilna progress, pajjiżna għadu mtebba' bit-traskura'ni u l-indifferenza.

Il-Ministru Gatt temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-isponsors, feraħ lil dawk li qed jingħataw rikonoxximent matul din is-sena u awgura li l-Kunsilli matul is-sena d-dieħla jieħdu inizjattivi li jkun jixirqilhom dan ir-rikonoxximent, iżda, fuq kollox isebbħu l-ambjent fejn jgħixu l-'irien tagħhom.

Sadanittant fl-inawgurazzjoni tkellmu wkoll ir-rappreżentanti ta' l-isponsors ewlenin li huma l-Bank of Valletta, l-Middle Sea Group, l-Awtorita tat-Turiżmu, il-Maltapost u s-Central Cigarette Co. Ltd.

Min-naħa tiegħu, il-Viċi President ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Joe Borg saħaq li l-Assoċjazzjoni dejjem inkora''iet lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu dak kollu possibbli biex il-lokalitajiet tagħhom isiru aktar sbieħ u ndaf. Is-Sur Borg qal li ħafna kienu l-Kunsilli Lokali li ħadu l-inizjattivi sabiex jilħqu dan il-għan. Is-Sur Borg qal li t-tibdil li sar fir-regolamenti għandhom ikunu ta' benefiċċju għall-istess Kunsilli u għall-pubbliku in'enerali.

Sadanittant fi tmiem l-konferenza 'ew mogħtija l-premijiet marbutin mal-kompetizzjoni Sebbaħ Pajjiżek tas-sena 2000. Il-premijiet tqassmu hekk:

L-Aħjar Sforz għat-Tindif (A) Fontana 1st
L-Aħjar Sforz għat-Tindif (A) Sannat 2nd
L-Aħjar Sforz għat-Tindif (B) Xagħra 1st
L-Aħjar Sforz għat-Tindif (B) Balzan 2nd
L-Aħjar Sforz għat-Tindif (C) Si''iewi 1st
L-Aħjar Sforz għat-Tindif (C) Zejtun 2nd
L-Aħjar Sforz għal Tindif Generali Xewkija 1st
L-Aħjar Sforz għal Tindif Generali Rabat (Malta) 2nd
L-Aħjar Sforz biex jitnaddfu Toroq mhux Urbani Kalkara 1st
L-Aħjar Sforz biex jitnaddfu Toroq mhux Urbani Żejtun 2nd

Din is-sena l-kompetizzjoni ser tkun imqassma f' disgħa kategoriji li huma:

  • Ġonna PubbliċI b'faċilitajiet ta' Playing Field u Attrazzjonijiet oħra
  • Ġonna Pubbliċi b'xi forma ta' għeluq u li jagħlqu matul il-lejl
  • Ġonna Pubbliċi fil-miftuħ b'si'ar, pjanti u fjuri
  • Playing Fields imdawrin b'xi si'ar/pjanti/fjuri
  • Pjazzetti bil-Pavimenti/Spazji Pubbliċi oħra
  • Bajjiet bir-Ramel
  • Bajjiet u Kosta bil-Blat
  • Promenades
  • Zoni mhux Urbani
  • Partiċipazzjoni Residenti/Komunita' Kummerċjali
  • L-Aħjar Inizjattiva għal Lokal Isbaħ - (1 - 3000 resident)
  • L-Aħjar Inizjattiva għal Lokal Isbaħ - (3001 - 7000 resident)
  • L-Aħjar Inizjattiva għal Lokal Isbaħ - (7001 resident 'il fuq)
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow