G'?AJNUNA LIL INTRAPRENDITURI B'INIZJATTIVI INNOVATTIVI
Il-Gvern, permezz ta' l-IPSE (l-Istitut għall-Promozzjoni ta' l-Intrapriżi Żgħar u Medji), nieda programm ta' għajnuna u appo'' dirett lil dawk l-intraprendituri li jixtiequ jiżviluppaw inizjattivi innovattivi l-aktar fit-teknolo'ija moderna. Għal dan l-iskop qed jitwaqqaf għall-ewwel darba dak li internazzjonalment hu magħruf bħala Business Incubation Centre.
Dan qalu l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici meta il-bierah tkellem f'konferenza ta' l-aħbarijiet li saret f'dan l-Incubation Centre li twaqqaf f'bini li kien iservi bħala fabbrika fil-qasam industrijali ta' Kordin.
Il-Ministru Bonnici semma li programmi bħal dawn jeżistu f'diversi nħawi tad-dinja, mhux biss f'pajjiżi żviluppati iżda wkoll f'pajjiżi li qed jiżviluppaw. Fl-Istati Uniti biss illum hemm madwar 900 minn dawn il-programmi wara li dan il-kunċett kien beda jiżviluppa lejn l-aħħar tas-snin sebgħin. L-iskop ta' dan il-kunċett hu li jiffaċilita u jħaffef il-proċess biex ikun żviluppat negozju 'did, kemm minn individwi kif ukoll minn kumpanniji. Dan isir billi l-intraprendituri b'inizjattivi 'odda jkunu provduti b'diversi servizzi amministrattivi u anki għodda biex ikunu jistgħu jibdew u jiżviluppaw il-pro'ett tagħhom b'suċċess.
Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi qal li l-ħtie'a li jitwaqqaf il-Business Incubation Centre kienet issemmiet fir-Ramboll Report dwar ir-ristrutturar ta' l-industrija Maltija. Il-Gvern qabel ma' din il-fehma u fabbrika fil-qasam industrijali ta' Kordin inqasmet f'57 unit li l-ispazju tagħhom ivarja minn 25 metri kwadri għal 150 metri kwadri. Biex setgħu jkunu żviluppati u mgħammra dawn il-units di''? sar investiment ta' madwar Lm250,000 min-naħa ta' l-IPSE.
Il-Ministru Bonnici spjega li issa li tnieda dan il-programm, individwi jew kumpanniji li jixtiequ jiżviluppaw inizjattivi innovattivi, b'mod partikolari fl-oqsma tat-teknolo'ija ta' l-informatika, komunikazzjoni, l-iddisinjar ta' in'inerija elettrika u mekkanika, sorsi alternattivi ta' ener'ija u bioteknolo'ija, jistgħu jibdew iressqu l-proposti tagħhom għall-kunsiderazzjoni ta' l-IPSE.
F'każ li l-pro'ett ikun aċċettat, min ikun ressqu jingħata l-ispazju li jkun jeħtie' biex jibda jopera, kif ukoll appo'' amministrattiv u servizzi oħra, inklużi dawk ta' segreterija u servizz ta' kompjuter u internet, flimkien ma' servizz ta' informazzjoni, għajnuna biex jinstabu swieq, u pariri. Fi kliem ieħor, dan ifisser, kompla l-Ministru Bonnici, li l-promoturi ta' pro'etti innovattivi se jsibu taħt saqaf wieħed, għal perjodu ta' mill-anqas tliet snin, il-faċilitajiet kollha li jkunu jeħtie'u, bl-anqas spejjeż possibbli, biex jiżviluppaw il-pro'ett tagħhom.
Il-Ministru Bonnici qal li l-kunċett ta' incubation centre hu wieħed li qed iħalli riżultati pożittivi ħafna kull fejn qed jiddaħħal. Hu wera t-tama li f'Malta jibda jħalli l-istess frott billi jgħin ħalli inizjattivi li jkunu nbdew fuq skala żgħira jiżviluppaw fi pro'etti akbar b'kontribut għall-ekonomija Maltija. Hu qal li f'Malta neħtie'u inizjattivi 'odda u li huma innovattivi f'setturi tal-manifattura. Għaldaqstant il-programm li qed jitnieda se jagħti l-opportunit'? lil kull min għandu x'joffri iżda m'għandux il-mezzi biex jibda, ħalli bl-għajnuna kollha possibbli minn naħa tal-Gvern ikun jista' jiżviluppa l-ideat tiegħu
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN