Left arrow Go Back

IL-BEJG'? U L-INVESTIMENT FIL-PROPRJET'?

pr0719
Date Icon 16/05/2001

Punti minn diskors li l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech għamel waqt il-media launch tal-‘Property, Construction & Home Improvements Fair' fil-Fair Grounds, in-Naxxar.

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal f'dawn l-aħħar snin il-bejgħ ta' proprjet'? kien qed jikber b'ritmu akbar mill-investiment fis-settur tal-bini u kostruzzjoni. Hu qal li jirriżulta li filwaqt li fl-1995 sar investiment ta' Lm108 miljun fis-settur tal-bini u kostruzzjoni inbiegħu b'kemm jiswew Lm83 miljun ta' proprjet'?. Din it-tendenza inqalbet fis-sena ta' wara, l-1996, meta sar investiment ta' Lm117-il miljun fis-settur tal-bini u kostruzzjoni u nbiegħet b'Lm136 miljun proprjet'?. Is-sena li għaddiet il-bejgħ ta' proprjet'? ta' Lm202 miljun kien aktar mid-doppju ta' l-investiment li sar f'dan is-settur.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li fl-aħħar sitt snin sar investiment ta' Lm630 miljun fis-settur tal-bini u kostruzzjoni u nbiegħet b'Lm893 miljun ta' proprjet'?. Il-Ministru għall-Ambjent qal li jemmen li hemm diversi ra'unijiet għal dan kollu. Qal li minħabba li hemm anqas art fabbrikabbli ħafna huma dawk li flok jibnu qed jagħżlu li jixtru proprjet'? di''? mibnija. Qal li qed ji'ri wkoll li l-ħafna bini li tela' fl-imgħoddi u li ma kienx hemm suq għalih issa qed isib postu fis-suq. Ra'uni oħra hi li l-valur tal-proprjet'? qiegħed dejjem jogħla tant li filwaqt li fl-1990 l-valur medju ta' unit ta' proprjet'? kien ta' Lm5,528 is-sena li għaddiet tela' għal Lm23,942.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li fl-istess ħin jidher ċar li s-settur tal-kostruzzjoni qed jer'a' jirpilja. Dan jirriżulta min-numru ta' ħaddiema li qed jiżdied u min-nuqqas ta' nies tas-sengħa f'dan is-settur. Francis Zammit Dimech qal li bejn Settembru 1998 u Marzu ta' din is-sena n-numru ta' dawk jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni żdied minn 5,510 għal 6,031 – b'521 jew 9.5 fil-mija. Hu qal li parti l-kbira ta' din iż-żieda seħħet tul l-aħħar sena fejn bejn Marzu 2000 u Marzu 2001 dawk jaħdmu f'dan is-settur żdiedu b'493 jew disa' fil-mija. Il-Ministru għall-Ambjent qal li issa li diversi pro'etti kapitali kienu qabdu ritmu tajjeb in-numru ta' dawk jaħdmu f'dan is-settur mistenni jkompli jikber. Hu qal li diversi kuntratturi qed jilmentaw li ma jistgħux isibu nies tas-sengħa biex jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni. Sostna li l-Gvern kien qed jagħmel dak kollu possibbli biex ikun hemm aktar persuni li jaħdmu f'dan il-qasam li jrid ilaħħaq mal-pro'etti kapitali u pro'etti oħra kbar u żgħar.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Fiera ‘Property, Construction and Home Improvements'qed titratta wkoll titjib fid-djar. Qal li waħda mil-indikazzjonijiet li l-poplu qed jinvesti aktar f'titjib fid-djar tiegħu kienet l-importazzjoni ta' durable goods, jew o''etti li jservu għat-tul. Fakkar li filwaqt li fl-1998 kienu impurtati b'kemm jiswew Lm98.7 miljun minn dawn l-o''etti, iċ-ċifra telgħet għal Lm114.4 miljun fl-1999 u Lm120.2 miljun fl-2000. Il-Ministru Zammit Dimech qal li indikazzjoni oħra li aktar nies kienu qed jinvestu f'titjib fi djarhom kienet s-self li l-banek għamlu lill-pubbliku għal o''etti li jservu. Qal li is-self mill-banek għal dan l-iskop kien ta' Lm44.6 miljun fl-1998, li tela' għal Lm49.9 miljun fl-1999 u laħaq Lm52.6 miljun fl-2000 (sa Settembru).

Il-Ministru għall-Ambjent qal li s-settur tal-kostruzzjoni kien wieħed mill-pilastri ta' l-ekonomija u li hu responsabbli għal madwar terz ta' l-investiment kollu li jsir fil-pajjiż. Qal li dan kien settur dinamiku li qiegħed dejjem jikber. Fakkar li l-bejgħ tal-proprjet'?, li hi prodott dirett tas-settur tal-kostruzzjoni, kien ji''enera negozju qawwi fil-pajjiz. Negozju li kien jikkontribwixxi biex l-ekonomija tkompli timxi 'l quddiem u biex il-Gvern ikompli jkabbar id-dħul tiegħu.

Il-Ministru għall-Ambjent awgura li din il-Fiera tikseb ukoll suċċess billi mhux biss jmorru jżuruha eluf ta' nies iżda anke billi jsir in-negozju mistenni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow