Left arrow Go Back

STQARRIJA G'?ALL-ISTAMPA B'REJAZZJONI G'?ALL-ISTQARRIJA TAL-KELLIEM EWLIENI LABURISTA G'?ALL-ĠUSTIZZJA DWAR IT-TARIFFI TAL-QRATI

pr0675
Date Icon 08/05/2001

L-istqarrija tal-Malta Labour Party dwar id-dsatax-il avviż legali publikati minn dan il-Ministeru hi bħas-soltu 'l bogħod mill-fatti.

L-appelli li għalihom jirreferu dawn l-avviżi legali llum ji'u ntaxxati Lm75 kull wieħed. Li kieku l-kelliem tal-Oppożizzjoni qara sew l-avviżi kien isib li 15 minnhom raħsu – uħud konsiderevolment –waqt li f'erba` biss hemm żieda.

'?al darb'oħra, il-Gvern re'a' wera li meta jsiru dawn l-a''ustamenti, it-tibdil isir bi ħsieb soċjali. Fil-fatt tnaqqsu konsiderevolment it-tariffi fejn hemm bżonn li ji'i salvagwardjat element soċjali, bħal fil-każ ta` appelli f'każi li jinvolvi kustodja tat-tfal (Lm 5), każi dwar VAT jew Income Tax (Lm15), każi dwar re'istrazzjoni tal-vot (Lm5), każi dwar pensjonijiet u allowances (Lm5) u każi dwar regolamenti tat-traffiku (Lm15).

Iż-żidiet seħħew biss f'erba` każijiet li żgur n-natura tal-każ jindika li jixraq li dan isir. Dawn huma appelli dwar liċenzji fuq l-importazzjoni u esportazzjoni ta` antikita`, liċenzji għax-xandir, liċenzji għall-servizzi ta` telekomunikazzjoni u liċenzji għal banek.

Gvern serju li jżomm quddiem il-prinċipju tal-'ustizzja soċjali jimxi billi joħloq bilanċ soċjali 'ust bejn min jiflaħ u min jiflaħ anqas. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni konvenjentement nesa li dan il-prinċipju kien spiċċa għal kollox taħt Gvern Laburista.

Fl-aħħar nett, eżempju ċar ta` kemm l-Oppożizzjoni ma tivverifikax il-fatti qabel ma titkellem, hi l-istqarrija "tinħass sew in-nuqqas ta` presentazzjoni ta` kawżi minħabba t-tariffi". Fil-fatt, hu ċar li ż-żieda fit-tariffi li seħħet f'Ottubru tas-sena l-oħra ma kelliex dan l-effett għaliex fl-ewwel erba xhur ta` din is-sena il-kawżi preżentati fil-Qrati Superjuri kienu 92% ta` dawk preżenti fl-istess perijodu s-sena l-oħra.

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni kien qal fuq NET TV li jekk ir-rata ta` kawżi preżentati tibqa` l-istess jirtira kull ma qal dwar it-tariffi. Bħas-soltu hemm baħar jaqsam bejn il-kliem tal-Oppożizzjoni u dak li fil-fatt jagħmlu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow