ŻJARA TAL-QDUSIJA TIEG'?U L-PAPA GWANNI PAWLU II
Il-Qdusija Tiegħu ser jasal fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta għada t-Tlieta, 8 ta' Mejju fis-2.00pm. Huwa ser ji'i milqugħ fl-Ajruport mill-President, il-Prim Ministru, l-ogħla awtoritajiet Ċivili u tal-Knisja u mill-Korp Diplomatiku.
Fis-2.30pm il-Qdusija Tiegħu l-Papa ser jitlaq mill-Ajruport. Huwa ser jgħaddi minn Santa Luċija, Marsa, Mrieħel By-Pass, Balzan, Attard, Rabat u tal-Virt'?. Għal dan il-vja'' ser tintuża il-pope mobile.
It-Tlieta fil-5.00pm, il-Qdusija Tiegħu ser jitlaq minn tal-Virt'? jgħaddi mir-Rabat, fejn ser jieqaf għal ftit mumenti quddiem il-Grotta ta' San Pawl, mill-Mosta, Lija, Birkirkara, Msida, Piet'? u Floriana u jidħol il-Belt.
Fis-6.00pm, il-Qdusija Tiegħu ser jiltaqa' ma' l-ogħla awtoritajiet Ċivili fil-Palazz il-Belt. Fis-7.00pm il-Qdusija Tiegħu ser joħro' fil-gallarija tal-Palazz sabiex isellem lill-pubbliku f'Misraħ San Gorg.
Lura lejn tal-Virt'?, il-Qdusija Tiegħu ser jgħaddi minn Floriana, '?amrun, Santa Venera, Fleur-de-lys, Balzan, Attard u Rabat. Għal dan il-vja'' mhux ser tintuża il-pope mobile.
Nhar l-Erbgħa, 9 ta' Mejju, iċ-Ċerimonja Litur'ika u l-Quddiesa bir-Rit ta' Beatifikazzjoni ta' Dun Gorg, Adeadodata Pisani u Nazju Falzon tibda fit-8.15am. Il-Qdusija Tiegħu ser jasal il-Floriana fid-9.00am wara li jkun għadda mir-Rabat, Attard, Balzan, Fleur-de-Lys, Santa Venera u l-'?amrun.
Il-Qdusija Tiegħu imbagħad jitla' fil-pope mobile u jgħaddi minn fost il-pubbliku fuq il-Fosos qabel ma tibda ċ-ċelebrazzjoni.
Meta tispiċċa ċ-ċelebrazzjoni, fin-12.30pm, il-Qdusija Tiegħu ser jmur lura tal-Virt'? f'karozza li tgħaddi mill-'?amrun, Santa Venera, Fleur-de-Lys, Balzan, Attard u Rabat.
Fl-4.00pm, il-Qdusija Tiegħu ser jasal fil-kappella tal-Midalja Mirakoluża, l-Blata l-Bajda bil-pope mobile wara li jgħaddi mir-Rabat, Attard, Balzan, Fleur-de-Lys, Santa Venera u l-'?amrun.
Għall-ħabta tas-6.00pm, il-Qdusija Tiegħu jgħaddi fil-pope mobile mill-Marsa (Triq Diċembru 13, Triq is-Salib, Triq Labour u Triq Garibaldi) u Luqa biex jasal l-Ajruport Internazzjonali fejn issir iċ-Ċerimonja tat-Tluq.
Fis-7.00pm il-Qdusija Tiegħu jirritorna Ruma b'ajruplan ta' l-Air Malta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN