STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-INTERN RIGWARD L-ISTRAJK TAL-GUH FIL-FACILITA' KORRETTIVA TA' KORDIN
B'referenza ghal xi rapporti li qed jidhru fil-gurnali dwar allegazzjonijiet li saru minn prigunieri barranin li qeghdin fuq strajk tal-guh, il-Ministeru ta' l-Intern, ghat-tieni darba jichad li kien hemm xi ftehim, hlief li kull ilment jigi investigat u fejn hu gustifikat jinghata rimedju.
Dwar l-ilment li jolqot il-ftehim ta' trasferiment ta' prigunieri Libjani biex jiskontaw is-sentenza taghhom fil-Libja, irid jinghad li minn 17–il prigunier eligibbli, sebgha (7) biss applikaw; minn dawn is-sebgha, erbgha (4) gew approvati u l-karti gew mghoddija lill-Awtoritajiet Libjani. It-trasferiment ta' prigunieri taht il-ftehim jiddependi fuq il-kunsens tal-prigunieri, tal-Gvern Libjan u dak Malti. L-ebda Gvern mhu se jirrinunzja ghad-dritt tieghu li jghid iva jew le ghat-trasferiment ta' prigunier, bhal ma hadd ma jindahal lill-prigunier li jaghzel jiskonta s-sentenza tieghu f'Malta, flok imur lura l-Libja.
Dwar l-ilment ta' dewmien fil-proceduri u s-sentenzi li jinghataw lill-prigunieri barranin, la l-Awtorit'? tal-Habs u lanqas il-Ministeru ta' l-Intern m'ghandu kontroll jew setgha fuq dawn il-materji. Jezistu istituzzjonijiet imwaqqfa b'ligi u anke bil-Kostituzzjoni li jistghu jinvestigaw kull ilment f'dan ir-rigward.
Il-Gvern ma hux se jcedi ghall-ebda rikatt. M'ghandu xejn minn x'hiex jisthi dwar il-kundizzjonijiet fil-Habs tal-prigunieri barranin. Min jaghmel hsara lilu nnifsu, jista' jitfa' t-tort fuqu biss.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN