IL-VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI JIFTAH UFFICJALMENT L-UFFICINI GODDA TAL-FEDERAZZJONI APEX F'HAL BALZAN.
Ligi Gdida ghall-Moviment Koperattiv
Fil-granet li gejjin il-Gvern ser jippublika ligi gdida li ser tisostitwixxi il-Ligi li tirregola l-Ghaqdiet Koperattivi. Din il-ligi ser iddahhal emendi importanti li l-moviment koperattiv ilu ghal diversi snin jishaq li ghandhom jiddahlu filwaqt li ser tipprovdi qafas legislattiv aktar flessibli ghall-holqien u l-immanigjar tal-koperattivi. Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, fil-ftuh tal-Ufficcini godda tal-Federazzjoni APEX li ggib flimkien il-koperattivi kollha Maltin.
Il-Ministru Gonzi qal li dan huwa mument importanti hafna fl-istorja tal-organizzazzjoni APEX, mhux biss ghaliex illum irnexxielha b'tant ghaqal u dedikazzjoni tasal sabiex tkun tista' tinvesti fi propjeta' taghha ghas-servizz tal-moviment koperattiv, imma aktar u aktar ghaliex ghall-ewwel darba, l-organizzazzjoni APEX ser tkun federazzjoni ta' koperattivi maghrufa fil-ligi l-gdida tal-Koperattivi.
L-abbozz finali huwa rizultat ta' process wiesa' hafna ta' konsultazzjoni mal-Koperattivi li sar bl-ghajnuna tal-APEX li laqqghet lill-membri u hadmet hafna biex tispjegalhom l-innovazzjonijiet u biex twassal lill-Gvern is-suggerimenti tal-membri ghall-aktar titjib fl-abbozz. Hafna minn dawn is-suggerimenti gew milqugha u nkluzi fl-abbozz.
Fost l-elementi l-godda li qed jigu ntrodotti fil-ligi l-gdida, hemm il-fatt li ser jitnaqqas il-poter moghti lill-Ministru responsabbli mill-Koperattivi filwaqt li ser tissahhah il-funzjoni regolatorja tal-Bord tal-Koperattivi. Il-Ministru Gonzi qal li pass bhal dan ifisser li l-Gvern jirrikonoxxi l-progress kbir li ghamel il-Moviment Koperattiv u li allura issa qed isir aktar kapaci li jirregola lilu nnifsu minghajr interventi zejda tal-Gvern.
Affarijiet ohrajn li ser jigu ntrodotti huwa li l-procedura sabiex tigi registrata koperattivi ser tehfief, filwaqt li n-numru minimu ta' membri necessarji sabiex titwaqqaf koperattiva ser jitnaqqas ghal hamsa. Zvilupp importanti iehor huwa li l-Fond Centrali tal-Koperattivi ser jinghata personalita' guridika, filwaqt li ser jigi regolat ahjar l-immanigjar tal-Koperattivi b'enfasi u responsabbilta' akbar moghtija lill-Laqgha Generali Annwali.
Il-Ministru Gonzi tenna li din il-ligi ser iggib fis-sehh weghda elettorali ohra tal-Gvern li ser taghti nifs gdid lill-moviment koperattiv, li beda bhala esperiment u li issa permezz ta' din il-ligi ser jigi stabbilit bhala struttura alternattiva ta' xoghol u bhala istituzzjoni. Il-Ministru ferah lill-organizzazzjoni APEX u nkoraggiha sabiex tkompli tiehu sehem attiv fid-diskussjonijiet li qed isiru sabiex il-ligi l-gdida tkun tista' tirrifletti l-bzonnijiet attwali u dawk futuri tal-moviment koperattiv.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN