Left arrow Go Back

DISKORS TAL-MINISTRU TA' L-INTERN, L-ONOR. TONIO BORG WAQT PASS OUT PARADE TAL-HAMES KORS BASIKU GHALL-UFFICJALI KORRETTIVI GODDA TAL-HABS ? FORTI SANT IERMU, VALLETTA 27.04.2001

pr0629
Date Icon 27/04/2001

Wara li ftit tal-gimghat ilu kelli l-opportunit'? li nindirizza lil grupp ta' rekluti godda fil-Korp tal-Pulizija, huwa l-pjacir tieghi li llum ukoll nista' nifrah lilkom bhala Ufficjali Korrettivi godda fil-Facilit'? Korrettiva ta' Kordin.

Ghalija din hi okkazjoni importanti, mhux biss ghaliex in-numru ta' gwardjani zdied, izda wkoll ghaliex permezz taghkom, ir-riformi li dan il-Gvern qed iwettaq fil-qasam tas-Servizzi Korrettivi, jistghu ikomplu b'mod effettiv.

Bhal ma zgur li sirtu tafu mill-Kors intensiv ta' preparazzjoni li ghaddejtu minnu, il-Habs m'ghandux iservi biss bhala kastig lill-prigunier. Il-Kastig huwa importanti, izda l-Habs ghandu wkoll ikun opportunit'? ghal min jidhol fih. Opportunit'? li tghinu jaghraf l-izball li ghamel u tghinu wkoll jibni hajja gdida, hajja 'il boghod mill-kriminalit'?.

Misjuq minn dan il-kuncett ta' rijabilitazzjoni u kastig, il-Gvern qed jiehu diversi mizuri biex jikklassifika lill-prigunieri skond l-et'?, ir-reat li jkunu wettqu kif ukoll skond ir-raguni li ghaliha jkunu ntbghatu l-habs.

Kien ghalhekk li sentejn ilu ftahna divizjoni li tilqa' fiha lill-prigunieri zghazagh biss. Il-Young Offenders Unit Rehabilitation Services, tilqa' biss prigunieri li jkunu taht is-26 sena u hija intiza biex iz-zghazagh li jmisssu ghall-ewwel darba mad-dinja kriminali, ma jithalltux ma' prigunieri aktar xierfa minnhom.

Qed jinbena wkoll bini gdid li se jilqa' lil dawk il-prigunieri li qed jistennew li jghaddu guri jew li jkunu ghadhom taht arrest preventiv. Dan kollu qed naghmluh ghax nemmnu li anqas ma' l-prigunieri jithalltu, aktar huwa possibbli li l-problemi individwali taghhom ikunu indirizzati.

Enfasizzajna wkoll l-importanza ta' l-edukazzjoni lill-priguinieri. Impjegajna ghadd ta' ghalliema part-time li qed jaghtu lezzjonijiet f'madwar hdax –il suggett differenti u madwar mitt prigunieri qed jattendu ghal dawn il-lezzjonijiet regolarment. Huwa ta' sodisfazzjon kbir ghalina lkoll li wiehed minn dawn il-prigunieri gab il-kwalifiki mehtiega biex jibda kors fl-Universit'? ta' Malta, kif fil-fatt qed jaghmel.

Barra minn dan ghat-tieni darba il-Gvern iffirma ftehim mas-SATU, il-CARITAS u s-SEDQA biex ghadd ta' prigunieri li ghandhom problema ta' abbuzz mid-droga, jinghataw prison leave biex ikunu jistghu jattendu ghal programmi ta' rijabilitazzjoni.

Matul iz-zmien tejjibna wkoll il-kundizzjoni taghkom il-gwardjani, partikolarment l-emenda li ghamilna biex l-ufficjali korettivi jkunu jistghu jirtiraw wara 25 sena ta' servizz – l-istess dritt li ghandhom il-membri tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta' Malta.

Dan kollu qed nghidu biex wiehed jifhem lil l-kuncett ta' habs illum m'ghadux dak ta' kastig biss. Illum kull prigunier jitqies bhala potenzjal. Potenzjal ta' bniedem li jkun produttiv u jghix il-hajja tieghu minghajr ma jikser il-ligi.

Dan kollu ghandu jservi ghalikom ukoll biex tirrealizzaw li l-uniformi li qed tilbsu llum ghabbietkom b'responsabbilit'? kbira. Responsabbilit'? li ghandkom iggorru biex taghmlu l-almu taghkom li kull individwu li gie avdat f'idejkom, johrog mill-habs bhala bniedem gdid.

Ghandi fiducja kbira li l-almu taghkom se taghmluh.

Grazzi u awguri lil kulhadd

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow