STQARRIJA MILL-MINISTERU TA'L-EDUKAZZJONI
B'referenza ghall-pubblikazzjoni mill-Onor. Evarist Bartolo ta' l-ittra tieg]u tal-bierah, 24 ta' April lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea ghandu dawn il-kummenti x'jaghmel:
1. Il-Fondazzjoni ghall-iSkejjel ta' Ghada
Il-Gvern, permezz tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, se jaghmel hiltu kollha biex iniedi programm estensiv u accellerat ta' bini u refurbishment ta' l-iskejjel, daqskemm ghandu bzonn il-pajjiz biex ulied il-poplu jkollhom skejjel tal-Gvern ta' kwalita'. Ghal dan l-iskop, fil-Budget ta' din is-sena il-Gvern iddecieda li jniedi process ta' investiment fuq firxa ta' tmien snin ta' aktar minn Lm 60 miljun.
L-istrutturi ezistenti li ghandu l-Gvern, u r-regoli u l-metodu li bihom jahdmu, mhumiex f'qaghda li jwettqu l-programm straordinarju li fuqu iddecieda li jimbarka l-Gvern ghall-gid ta' l-iskejjel tal-poplu. Kien ghalhekk li l-Gvern ippropona li jwaqqaf organizzazzjoni gdida - Il-Fondazzjoni ta' l-iSkejjel ta' Ghada (Foundation for Tomorrow's Schools).
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni ghandu rapporti li juru li l-bini ta' l-iskejjel tal-Gvern qed jiswew mill-anqas id-doppju tal-privat u jdumu kwazi tlitt darbiet aktar biex jitlestew. Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni laqa' l-isfida li jsib tarf il-bzonnijiet ta' bini, refurbishment u maintenance ta' l-iskejjel tal-Gvern b'nofs il-prezz u f'nofs iz-zmien li qed isir illum. Jekk dan jirnexxi, il-Gvern ikun ta lill-poplu l-aqwa skejjel u ffranka miljuni ta' liri filwaqt li jassigura l-kwalita'.
Fi spirtu ta' politika ta' konsensus, il-Ministru Louis Galea g]adda d-dokumentazzjoni rilevanti lill-Oppozizzjoni u baghat it-teknici inkarigati minnu, immexxija mis-Sur George Papagiorcopulo, biex jispjegaw il-progett lill-Oppozizzjoni. Ghal din il-laqgha attenda is-Sur Alfred Mifsud u s-Sur Joe Sammut minn naha tal-Partit Laburista. L-ittra ta' l-Onor. Bartolo imkien ma tikkontesta l-konkluzjonijiet tar-rapporti li juru li l-iskejjel tal-Gvern qed jiswew id-doppju u jdumu kwazi t-tripplu biex jitlestew meta pparagunat mal-privat.
Il-Ministru Louis Galea, filwaqt li jirrispetta d-decizjoni politika ta' l-Oppozizzjoni, isostni li l-argumenti migjuba huma zbaljati u jemmen li jmorru kontra l-gid ta' l-edukazzjoni ta' wlied il-poplu.
2. Il-Fondazzjoni g]al Servizzi Edukattivi
Il-Fondazzjoni ghal Servizzi Edukattivi li twaqqfet il-bierah, se tahdem, flimkien mad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, kontra l-illiterizmu, l-assentejizmu u r-riskju ta' falliment tat-tfal fl-iskola. Il-Gvern, ghal darba ohra, qed jilqa'? l-isfida li jipprovdi edukazzjoni ta' kwalita' ghal kulhadd, u dan ifisser li ghandu jsir minn kollox biex hadd mit-tfal taghna m'ghandu jithalla jaqa' lura.
Mhux veru li din il-Fondazzjoni se ggib duplikazzjoni u sparpaljar ta' rizorsi u energiji. Fil-fatt din qed tahdem fuq servizzi godda u specjali li mhux qed jinghataw mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u li dwarhom sar il ftehim ta' l-Activity Teachers ma' l-MUT.
Il-Ministru Louis Galea ma jistax ma jiccensurax l-attakk, infondat u ingust li l-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni ghamel fuq il-Professur Kenneth Wain. Dan l-attakk hu biss xhieda ta' mentalita' intolleranti u ta' strategija ta' min jemmen li min mhux mieghek hu kontra tieghek u jqanqal biss tifkira ta' toghma morra li l-poplu kollu kellu jgerrah ghal snin shah taht gvernijiet immexxija mill-Partit li ghalih jappartjeni l-Onor. Bartolo.
Il-Ministru Louis Galea jikkonferma dak li jiccertifika kull min jaf, hadem u tghallem mal-Professur Kenneth Wain. Dan hu wiehed mill-aktar attivi fost il-grupp ta' edukaturi fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni li gabu 'l quddiem vizjoni mill-isbah, filosofija mill-aktar umana u gusta, u strategiji u metodologiji mill-aktar moderni ghall-gid ta' l-edukazzjoni tal-poplu Malti. Il-Professur Wain ghandu dritt bhal kulhadd li jkollu u li jfisser l-opinjoni u t-twemmin tieghu. Il-Ministru Galea hu fiducjuz li l-Professur Wain u shabu fil-Fondazzjoni, se jahdmu biss ghall-gid tat-tfal u mhux ser jiskoraggixxu ruhhom mill-atteggjament intolleranti u partiggjan tal-Oppozizzjoni Oppozizzjoni.
Il-Ministru Louis Galea, behsiebhu jkompli jaghmel il-parti tieghu biex fil-qasam edukattiv ikun hemm klima ta' konsensus li tinhtie[ id-dispozizzjoni korretta tan-nahat kollha. Hu jimxi bil-principju li l-konsensus ghandhu jkun hieles u ma jfissirx uniformita' ta' ideat. Lanqas ma jfisser qbil jew nuqqas ta' kritika ghax dawn huma essenzjali ghal decizjonijiet li jharsu l-gid komuni.
L-istqarrija ta' l-Oppozizzjoni li l-hatra tal-Professur Wain se ggib kontroversja u firda fil-qasam edukattiv, u li ghalhekk tipperikola l-konsensus, jew hi ghamad politiku partiggjan, jew skuza fjakka ghal min zbaljatament jittenta ruhhu jirtira mill-konsensus ghax jahseb li hemm xi gid ghal Gvern jekk insegwu politika ta' konsensus fl-edukazzjoni.
Konsensus f'dan il-qasam hu biss ta' gid ghall-poplu u ghal uliedu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN