Left arrow Go Back

DISKORS TAL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI, L-ONOR. AUSTIN GATT FIT-TWAQQIF TA? L-eMALTA COMMISSION, SAN ĠILJAN - IL-HAMIS, 19 TA? APRIL 2001

pr0585
Date Icon 20/04/2001

Sinjuri,

Fl-a'?'?ar '?oxrin sena rajna bidliet enormi jse'?'?u madwarna. Rajna l-waqa' tal-komuni'?mu u t-tmiem tar-re'imi totalitarji. Rajna n-nazzjonijiet ifittxu dejjem aktar it-triq tal-kooperazzjoni flok dik tal-kunflitt. Assistejna '?al bidliet radikali fl-istrutturi ekonomi'?i u so'?jali tad-dinja. Rajna l-impenn mondjali lejn it-tixrid ta' l-edukazzjoni u t-tkattir ta' l-'?erf. Dan kollu ma kienx b'kumbinazzjoni.

Il-qawwa tal-globalizazzjoni u l-mew'a t'innovazzjoni teknolo'ika kienu tnejn mill-kaw'?i prin'?ipali ta' dan it-taqlib kollu. Kienu wkoll konsegwenzi ta' dan it-tibdil.

Il-Prim Ministru Taljan Giuliano Amato xahar ilu feta'? it-tielet forum dinji dwar il-'?olqien mill-'did ta' kif tiggverna. Qal: "Qed n'?ixu fi '?mien ta' riskju li d-d'?ajjef ikompli jidd'?ajjef u l-fqir ikompli jiftaqar." Ma kienx qed jitkellem fuq xi pjan ekonomiku jew fuq xi strate'iji dwar is-servizzi so'?jali. Kien qed jirreferi '?all-impatt ta' ‘l hekk imsej'?a ‘Information and Communications Technologies' fuq l-ekonomiji u s-so'?jetajiet tal-pajji'?i kollha. Il-Gvernijiet madwar id-dinja irrealizzaw dan il-fenomenu u saru konxji mill-opportunatjijet, ir-riskji, u l-'id li dan jista' j'ib mie'?u.

L-Istati Uniti kienu ta' quddiem f'dan il-qasam. '?arfu t-tkabbir ekonomiku li dawn it-teknolo'iji j'ibu ma'?hom u b'vi'?joni, investew u strutturaw ‘l pajji'?hom biex jilqa' l-isfidi li l-ekonomija l-'dida kienet sejra toffri lid-dinja. Dawn l-a'?'?ar snin taw ra'un lill-Istati Uniti dwar kemm swiet din l-istrate'ija.

L-Unjoni Ewropeja dan '?arfitu wkoll. Waqt laq'?a tal-pajji'?i membri li saret f'Lisbona f'Marzu tas-sena l-o'?ra, il-'?mistax-il kap tal-pajji'?i membri po''ew quddiemhom l-'?an ambizzju'? biex fl-'?axar snin li 'ejjin ja'?mlu mill-ekonomija Ewropea, l-aktar wa'?da mibnija fuq l-informazzjoni b'sa'?'?itha u kompetittiva fid-dinja. Fil-fatt f''?unju ta' l-istess sena tnieda l-eEurope Action Plan immirat biex jiggwida lill-pajji'?i membri fit-triq biex jintla'?aq dan l-'?an ambizzju'?.

F'pajji'?na wkoll beda jin'?ass ir-ri'? ta' dan il-bidla kulturali, ekonomika u so'?jali, kemm f'organizzazzjonijet pubbli'?i kif ukoll fis-settur privat. Fl-a'?'?ar xhur rajna diversi konferenzi u inizjattivi biex irawwmu l-interess f'dan il-qasam. '?ew trattati diversi setturi. Fost l-o'?rajn smajna u qrajna '?afna dwar eCommerce, eGovernment u li'ijiet dwar l-elettronika. Dan serva ta' 'id kbir biex tin'?oloq kuxjenza dwar id-dinja ta' l-‘Information and Communications Technologies'. Rajna wkoll 'irja sfrenata minn '?afna organizzazzjonijiet pubbli'?i u privati biex jibnu l-website ta'?hom u b'hekk jistabilixxu l-pre'?enza ta'?hom fuq l-internet. Bla dubju dan ukoll serva ta' 'id.

L-entu'?jazmu huwa tajjeb u ta' min ifa'?'?ar lil dawk li '?adu l-inizjattiva biex bdew ixerrdu l-informazzjoni dwar din ir-rivoluzzjoni teknolo'ika. I'?da rridu noq'?odu attenti '?afna li ma naqawx fin-nassa tal-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' ko-ordinazzjoni. Ma nist'?ux na'?lu r-ri'?orsi limitati li '?andna fi 'bid ta' '?bula f'direzzjonijiet differenti. Irridu ni'bdu '?abel wie'?ed u ni'bduh fl-istess direzzjoni. '?andna lkoll nib'?'?u mid-dilettanti'?mu f'dan il-qasam. Il-potenzjal ta' l-‘Information and Communications Technologies' ma jieqafx b'website bil-frilli. Jekk irridu naslu, irridu nie'?du dan l-avvent bl-akbar serjeta`.

Kien '?alhekk li ftit xhur wara li l-Prim Ministru ddelegali r-responsabbilta` li mmexxi l-formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika elettronika f'pajji'?na, '?assejt li kelli nwaqqaf entita` li ti'bor fiha l-inizzjattivi kollha li pajji'?na qed ja'?mel f'dan il-qasam. Hu '?alhekk li qed inwaqqaf il-Kummissjoni eMalta. L-eMalta mhix ser tkun hemm biex tifga' l-inizzjattiva ta' l-organizzazzjonijiet pubbli'?i u privati f'dan il-kamp. '?al kuntrarju ser isservi ta' provokatur ta' l-ideat u ta' l-inizzjattivi biex t'?aqqad l-isforzi ta' kul'?add fi sforz wie'?ed nazzjonali b'sa'?'?tu.

Il-Kummissjoni ser tkun '?olqa '?ajja bejn dawk is-setturi kollha li b'xi mod jintlaqtu direttament minn din ir-rivoluzzjoni elettronika. Dan hu rifless fil-kompo'?izzjoni tal-kummissjoni fejn 'bidna flimkien rappre'?entanti mis-setturi tal-kummer'?, l-edukazzjoni, il-Gvern Lokali, l-intrapri'?i '?-'?'?ar, il-politika so'?jali, il-Gvern u t-telekomunikazzjoni.

Il-Kummissjoni eMalta ser ta'?dem biex to'?loq bilan'? bejn l-inizzjattiva ta' dawn is-setturi kollha u l-koerenza li hemm b'?onn biex nil'?qu l-'?an ewlieni ta'?na li Malta tkun on-line.

F'dan il-kuntest wie'?ed '?andu j'?omm quddiem '?ajnejh ir-rilevanza ta' dan kollu '?as-so'?jeta` u l-ekonomija Maltija. '?alhekk illum, fil-qosor, xtaqt nie'?u din l-opportunita` biex naqsam ma'?kom il-vi'?joni tal-politika elettronika tal-Gvern. Politika msejsa fuq erba' linji bi dritt xulxin:

It-twettiq ta' l-inizjattiva ta' l-eGovernment

Pro'?ess s'?i'? t'inklu'?joni

Qafas t'edukazzjoni u ta'?ri'

L-eliminazzjoni tal-qasma di'itali

Bla dubju ta' xejn l-aktar inizjattiva e'?itanti u ambizzju'?a li '?andu quddiemu l-Gvern f'dan il-qasam hija l-implimentazzjoni ta' l-eGovernment. Irridu nibdew na'?mlu l-affarijiet b'mod differenti - u l-elettronika hija l-'?odda li tista' t'?inna nbiddlu l-operat tas-servizz pubbliku biex jintla'?aq dan il-'?an.

F'Ottubru ppubblikajna l-vi'?joni u l-istrate'ija ta'?na dwar kif bi '?siebna nwettqu l-eGovernment f'Malta u na'?mlu minn pajji'?na mudell ta' kif tista' ti'i applikata l-elettronika fil-qasam tal-Gvern. Issa wasalna biex na'?mlu pass ie'?or importanti. Bdejna pro'?ess delikat biex insibu sie'?eb strate'iku li permezz tie'?u ser ni'?villupaw u nimplimentaw din l-inizjattiva. Is-sej'?a li '?amilna qanqlet interess kbir, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment tant li '?all-briefing session li saret il-'im'?a l-o'?ra rajna l-attendenza t''?exieren ta' kumpaniji barranin li huma interessati f'din l-is'?ubija strate'ika.

L-eGovernment m'huwiex xi pass esklussivament teknolo'iku; m'huwiex xi introduzzjoni ta' xi software 'did jew xi kompjuters avvanzati. Dawk huma biss u'?ud mill-mezzi, u fl-a'?'?ar erbatax-il sena '?adna '?sieb li ninvestu aktar minn tmenin miljun Lira biex inbiddlu d-Dipartimenti tal-Gvern minn '?imiterji tat-typewriters '?al uffi'?ji li joperaw bl-aktar teknolo'ija moderna.

B'din l-infrastruttura f'postha jonqos il-'?olqa kru'?jali li tippermettilna npo''u dan kollu '?ad-dispo'?izzjoni ta'?-'?ittadin. U dan hu l-qofol ta' l-eGovernment. Ser nersqu lejn sistemi u pratti'?i ta' Gvern prattikament 'odda. Lil'hinn mill-we'?diet superfi'?jali ta' customer care u '?ittadin l-ewwel, it-twettiq tas-servizzi elettroni'?i ser ipo''u lill-individwu f'po'?izzjoni li jidde'?iedi minn fejn, kif u meta '?andu jinqeda' min'?ajr ma' joq'?od i'?enser lil '?add.

Dan '?aliex is-servizzi li ser nibnu ser ikunu a'?'?essibbli erb'?a u '?oxrin sie'?a kuljum, sebat ijiem fil-'im'?a u jist'?u jintla'?qu f'diversi modi – mid-dar, mill-uffi'?'?ju, mill-internet cafes, mill-Kunsill Lokali jew sa'?ansitra mit-telefon '?ellulari. Ser na'?mlu sforz biex l-u'?u ta' dawn is-servizzi jkun sempli'?i kemm jista' jkun billi nibnuhom fuq il-b'?onnijiet tan-nies u m'hux tal-burokrazija ta'?-'?ivil.

Ser nippromwovu l-kun'?ett ta' seamless Government – ji'ifieri li na'?tu kas tal-fatt li l-klient ma jinteressahx minn fejn u minn min qie'?ed jinqeda, i'?da jinteressah biss li jinqeda tajjeb u malajr. U '?alhekk huwa importanti li jekk irridu nippro'ettaw ‘il-Gvern b'?ala organizzazzjoni wa'?da, ma jistax ikun li Dipartimenti u entitajiet pubbli'?i o'?ra jitilqu '?al rashom f'din l-infrastruttura. Irridu na'?dmu f'qafas strutturat jekk irridu nwettqu din il-bidla.

Bidla fil-kultura ta' l-amministrazzjoni pubblika li ser i''ib ma'?ha l-akbar riforma li probabbilment qatt se'?'?et fis-Servizz Pubbliku. Riforma li ser tbiddel organizzazzjonijiet sta'nati mibnija fuq il-'erarkiji u r-regolamenti '?al organizzazzjonijiet dinami'?i mibnija madwar is-servizzi li joffru.

Is-Servizz Pubbliku qie'?ed hemm biex jaqdi lill-individwu … u mhux bil-maqlub.

L-affarijiet iridu jibdew isiru b'mod differenti. Il-bo'?od mir-retorika, b'saqajna ma' l-art u bis-sa'?'?a tal-kompetenza u d-determinazzjoni, i'?-'?ittadin hu min hu, jaf lil min jaf u hu minn fejn hu, '?andu d-dritt li jinqeda x''?in irid u minn fejn irid.

Fl-a'?'?ar mill-a'?'?ar din hi l-essenza tad-demokrazija. Li '?-'?ittadin ikollu verament il-kontroll fuq dak li qie'?ed ji'ri. U a'?na '?andna d-dmir li dan inwettquh.

M'a'?niex sejrin nadottaw il-politika "Il-Gvern jaf kollox." Pjuttost il-kuntrarju, sejrin nins'u xibka s'?i'?a ta' komunikazzjoni bba'?ata fuq konsultazzjoni strutturata, bil-'?an li l-politka elettronika li nifformulaw, tkun konsistenti mal-b'?onnijiet tas-setturi kollha involuti f'dan il-qasam.

Fil-fatt, illum ippubblikajna sej'?a '?al kull min hu interessat li jipparte'?ipa f'dan il-pro'?ess importanti. Sejrin niltaq'?u u nitkellmu ma' kul'?add. Il-messa'' li rridu n'?addu huwa wie'?ed '?ar: IRRIDU NISIMG'?U.

L-ewwel qasam ta' diskussjoni ser jittrata l-ifformular tal-po'?izzjoni ta' Malta fir-rigward tal-pjan t'azzjoni ta' l-eEurope+, li hija l-ver'?joni ta' l-eEurope '?all-pajji'?i kandidati. Fix-xahrejn li 'ejjin sejrin niltaq'?u mal-korpi kostitwiti, asso'?jazzjonijiet, NGOs kif ukoll ma' kull min juri interess f'dan il-pro'?ess hekk importanti.

Fix-xhur ta' wara ser nu'?aw l-istess strate'ija, i'?da din id-darba fuq ba'?i settorali, fejn nid'?lu f'aktar dettall dwar kif setturi spe'?ifi'?i jist'?u jibbenefikaw mill-inizjattivi ta' ‘Information and Communications Technologies' li jkollu quddiemu l-pajji'?.

Dan ma jfissirx li '?a naqblu dejjem u f'kollox. U huwa propju '?alhekk li ser immexxu dan il-pro'?ess bl-aktar mod miftu'? u demokratiku possibbli. Ser na'?mlu l-ewwel pass lejn l-eDemocracy - il-kun'?ett li permezz tie'?u '?-'?ittadin ikun verament jaf u jista' jipparte'?ipa f'dak li jkun qed ji'ri fil-Gvern. U '?alhekk ser nie'?du l-passi ne'?essarji biex l-andament u l-provvedimenti ta' dan il-pro'?ess ta' konsultazzjoni jkun miftu'? '?al kul'?add permezz ta' l-internet.

Dan '?andu jservi t'e'?empju '?aj ta' kif l-‘Information and Communications Technologies' jist'?u j'?inu biex i'?-'?ittadin jipparte'?ipa attivament fl-operat tal-Gvern.

Dawn il-miljiet teknolo'i'?i u demokrati'?i jkunu inutli kemm '?all-ekonomija kif ukoll '?as-so'?jeta` jekk ma jkollniex ir-ri'?orsi umani biex in'?addmuhom. Illum fid-dinja hawn tminn mitt elf opportunita` ta' xo'?ol '?al spe'?jalisti fl-internet. Fi '?mien sitt snin dan ser jitla' '?al tlett miljun post tax-xo'?ol. Sakemm it-tfal tal-kindergarten tal-lum ja'?lqu t-tmintax-il sena jkun hawn xejn anqas minn biljun xo'?ol li jkun jirrikjedi '?iliet spe'?ifi'?i fl-‘Information and Communications Technologies'. Dawn huma sinjali li m''?andiex nissotovalutaw.

L-edukaturi, il-Gvern u s-settur privat '?andhom ipo''u madwar mejda u jindirizzaw din il-problema illum qabel '?ada. Ma nist'?ux nibq'?u ndawwru wi'?'?na n-na'?a l-o'?ra u nistennew li xi '?add ie'?or isolvilna l-problemi ta'?na. In-nuqqas ta' ri'?orsi umani huwa problema ta' kul'?add – m'hux tal-Gvern biss. Flimkien, irridu na'?rfu nbiddlu din il-problema fl-akbar opportunita` ta' xo'?ol u 'id li qatt esperjenza dan il-pajji'?.

'?andna ni'?guraw l-ewwel u qabel kollox illi t-ta'?ri' fl-‘Information and Communications Technologies' ikun a'?'?essibbli '?al kull min jixtieq li ju'?ah. '?andna wkoll no'?olqu interess fost it-tfal u '?-'?'?a'?a'? ta'?na biex dawn j'?arfu l-opportunitajiet ta' xo'?ol li joffri dan il-qasam. '?andna nkissru l-barrieri li jo'?olqu l-'?itan tal-klassijiet fl-iskejjel ta'?na u nibdew na'?sbu biex inda'?'?lu l-kun'?ett ta' eLearning jew l-u'?u ta' l-internet fit-ta'?ri' akkademiku.

Illum fid-dinja hawn seb'?in miljun tifel u tifla li qed jie'?du l-edukazzjoni ta'?hom permezz ta' l-internet. Huwa ppruvat li seb'?in fil-mija ta' dawn tejjbu l-livell akkademiku ta'?hom b'mod sostanzjali u tan'ibbli f'din l-a'?'?ar sena.

Sinjuri, dan hu l-progress reali. Il-progress li m''?andniex dritt niskartaw.

Din il-vi'?joni ta' progress fil-qasam edukattiv, twassalni '?all-a'?'?ar linja t'azzjoni fil-pjan tal-Gvern. Forsi l-aktar linja importanti u sensittiva – dik il-kwistjoni tas-seklu ta'?na li hija l-fus li fuqha jdur is-su'?'?ess ta' l-‘Information and Communications Technologies': il-qasma di'itali jew kif inhi a'?jar ma'?rufa d-digital divide.

Indubjament, dawn it-teknolo'iji jist'?u jo'?olqu qasmiet, periferiji u ostakli 'odda li jist'?u jimplikaw il-'?olqien ta' esklu'?jonijiet so'?jali moderni. Mill-banda l-o'?ra, dawn it-teknolo'iji jist'?u jkunu wkoll il-mossa rebbie'?a fil-lo'?oba fundamentali: dik li niggarantixxu lil kull wie'?ed u wa'?da minnha opportunitajiet indaqs – fl-informazzjoni, fis-servizzi, fl-a'?'?essibilita`, fix-xo'?ol, fil-parte'?ipazzjoni u fuq kollox fuq l-'?erf u t-ta'?lim.

L-‘Information and Communications Technologies' jist'?u ja'?mlu fi ftit 'im'?at dak li qabel kien jie'?u s-snin. '?adda wkoll i'?-'?mien meta l-ispi'?a tat-teknolo'ija kienet projbittiva u '?aldaqstant isservi ta' deterrent '?all-investiment. Illum, mitt kilometru ta' fibre optic jiswa elf darba anqas minn mitt kilometru ta' toroq urbani.

B'?ala Gvern, a'?na kommessi li no'?olqu dawk l-istrate'iji, programmi u strutturi kollha ne'?essarji biex ir-riskju tad-digital divide indawwruh f'digital opportunity.

L-elettronika, il-kommunikazzjoni, it-teknolo'ija u l-internet ser isiru parti integrali minn '?ajjitna. Bis-sa'?'?a ta'?na lkoll din il-kultura l-'dida ser tinfed kull uffi'?'?ju, kull klassi fl-iskejjel ta'?na, kull fabbrika, kull '?anut u kull dar f'pajji'?na. Jekk n'?arfu nisfruttaw l-opportunatijiet li dan ser joffrilna, min'?ajr ebda dubju nkunu qe'?din intejbu l-livell ta' l-'?ixien ta'?na u ta' wliedna.

I'?da ni'?baljaw jekk j'?addilna minn mo'?'?na li l-elettronika wa'?idha hija s-soluzzjoni tal-problemi kollha li jista' jkollna minn '?mien '?al '?mien. L-elettronika ma' tie'?ux post il-prin'?ipji morali u lanqas il-valuri so'?jali ta'?na.

Dawk m''?andhiex '?alfejn tba'?bashom l-elettronika. Kull wie'?ed u wa'?da minnha hawnekk illum '?andu d-dmir li dan i'?ommu quddiem '?ajnejh. Jekk irridu nirnexxu f'dan il-qasam iridu nkunu kapa'?i nrawwmu l-kultura elettronika min'?ajr ma no'?olqu terremoti so'?jali. Irridu nkunu kapa'?i na'?tu l-garanzija li dak li qed na'?mlu ma' jo'?loqx qasma imma '?oqda b'sa'?'?itha '?all-'id ta'?na lkoll.

L-elettronika tibqa' '?odda qawwija biex t'?inna nwettqu dan. Hija '?odda li qed tiftah orizzonti ta' opportunitajiet uni'?i '?al pajji'?na. Opportunitajiet li m''?andniex nitilfu.

L-'?a'?la hija f'idejn kull wie'?ed u wa'?da minna. '?ert li l-Maltin huma lesti '?al din l-okka'?joni u ser ja'?tfu din l-opportunita` '?all-'id ta'?hom u ta' wliedhom.

Jien inwie'?ed l-impenn tie'?i biex nil'?qu dan l-'?an.

Grazzi.

Id-diskors tas-Sur John Portelli Chairperson eMalta Commission isegwi

Lejn Socjeta' w Ekonomija Msawra Fuq L-informatika

John Portelli Chairperson eMalta Commission

Tnedija ta' l-eMalta Commission

19.04.2001

Onorevoli Ministru, Ministri, Segretarji Parlamentari, Onorevoli Membri Parlamentari u Sinjuri

Introduzzjoni

Nibda billi nirringrazjakom ta' l-attendenza taghkom illejla. L-attendenza taghkom huwa ta' nkoragiment ghalina il-ghaliex hija xiehda ta' l-interess li hawn f'dan il-pajjiz biex tissawar socjeta u ekonomija bbazzati fuq l-informatika. Fil-ftit minuti li ghandi nixtieq nitkellem dwar l-vizjoni u principji li sejrin imexxu l-eMalta Commission kif ukoll naghti hjiel ta' l-istrategija taghna ghat-tliet snin li gejjin.

Vizjoni u Principji

Il-hsieb tal-Gvern ghal twettiq ta' socjeta' u ekonomija msawra fuq l-informatika kienu elenkati fil-White Paper "White Paper on the Vision and Strategy for the Attainment of eGovernment. Kif spjegat f'dan id-dokument, il-Gvern huwa kommess li jtejjeb il-kwalita' ta' hajja tal-Maltin u Ghawdxin. Din trid tkun ta' l-oghla livell. Biex jintlahaq dan il-ghan, il-Gven sejjer jipromwovi u juza t-teknologija ta' l-informatika u il-kommunikazzjoni bl-iktar mod wiesa', bhala l-mezz ghat-tishih ta'l-ekonomija, holqien ta' mpjiegi, tkabbir ta' l-ugwaljanza socjali, tishih tal-edukazzjoni u kultura. Il-Gvern sejjer jara li kull cittadin jippartecipa fil-tkattir tal-beneficcji socjali, kulturali w ekonomici bhala risultat ta' din l-inizjattiva, kif ukoll li c-cittadin jibbenefika minnha.

Fit-twettiq ta' din l-istrategija, il-Gvern irid li kull Malti ikollu l-opportunita u l-mezz biex jippartecipa fis – socjeta' w ekonomija msejsa fuq l-informatika irrespetivament tal-qaghda finanzjara, socjali jew il-livell ta'edukazzjoni tieghu.

Ghalhekk il-Gvern sejjer jippromwovi it-twettiq ta' socjeta' u ekonomija msejsa fuq l-informatika permezz ta' l-introduzzjoni ta' servizzi tal-Gvern permezz tal-kompjuter.

Il-Gvern ser jkun qed jipprovdi il-qafas politiku, istituzzjonali u regolatorju li hemm bzonn ghall-izvilupp u tishih tal-kummerc eletroniku. Ser issir hidma biex l-entraprizi ikunu imhajra jaddotaw il-kummerc eletroniku.

Il-Gvern ser jahdem biex tinghata spinta lill- programm ta'taghlim fl-uzu tal-kompjuters. Ghallhekk sejrin jittiehdu l-passi necessarji biex jinholoq grupp ta' specjalisti f'l-informatika biex isostnu l-izvilupp ta' socjeta u ekonomija msejsa fuq l-informatika.

Il-Qafas Legali

Fit-twettieq ta'dan il-programm tfassal il-qafas legali permez ta' tliet ligijiet fuq l-uzu ta'l-informatika. Dawn huma:

Ligi Dwar il-Kummerc Eletroniku

Ligi Dwar il-Harsien ta' l-Informazzjoni Personali

Ligi Kontra L-Uzu Hazin tal-Komjuter

Il-ligi dwar il-Kummerc Eletroniku tipprova taghti qafas legali sod ghal-kummerc eletroniku. Hija ntiza biex ukoll tkun flessibbli b'tali mod li tkun tista' tinkorpora zviluppi futuri fit-teknologija. Hemm ukoll il-ligi dwar il-harsien ta' l-informazzjoni personali li taghti lic-cittadin protezzjoni minn attivita abbuziva min dawk li ghandhom access ghall-informazzjoni ta' natura personali. Minn naha l-ohra il-ligi kontra l-uzu hazin tal-kompjuter hija ntiza biex taghti protezzjoni lill individwu kontra abuzi fl-uzu tas-sistemi ta' l-informatika.

L-eMalta Commission: Il-Mutur ta'din l-istrategija

Biex jilhaq l-ghanijiet kif intimati kemm fil-White Paper fuq eGovernment kif ukoll fil-ligijiet, il-Gvern waqqaf l-eMalta Commission. Din il-kummissjoni sejra tkun il-mutur tal-process biex tissawar socjeta' u ekonomija bbazzati fuq l-informatika. Sejra tkun il-missjoni ta' din il-kummisjoni biex tghaqqad l-inizjativi pubblici ma' dawk privati ghall-programm nazzjonali ko-ordinat u efficjenti fit-twettiq tax-xoghol taghha u partikolarment biex tassigura li hadd ma jibqa lura fit-twettiq ta' socjeta' u ekonomija msejsa fuq l-informatika.

Il-Pjan ta' Tliet Snin 2001 – 2003

Il-Kummissjoni diga qieghed jahdem fuq it-tfassil ta' pjan ta' tliet snin li ghandu jservi ta' gwida biex jinfirex l-uzu tat-teknologija ta' l-informatika u l-internet f'kull livel tas-socjeta. Ghal dan il-ghan sejrin naghtu importanza partikulari ghat-twettiq ta' programm ghat-tisbiq ta' l-inkluzzjoni tal-klassijiet socjali permez ta' l-eGovernment. Fix-xoghol taghna sejrin nahdmu favur il-koperazzjoni bejn is-settur publiku u dak privat waqt li naraw li nisfruttaw opportunitajiet u esperjenzi ezistenti fil-Kommunita Ewropea. Minhabba li l-partecipazzjoni ta' kull membru tas-socjeta hi krucjali fit-twettiq ta' dan l-izvilup, sejrin inniedu kampanja estensiva ta' informazzjoni biex kulhadd ikun infurmat dwar l-inizjativi li qeghdin jittiehdu.

Il- Pjan jidentifika sitt inizjativi strategici li fuqhom l-eMalta Commission sejra tnieidi x-xoghol taghha. Dawn huma:

Ezami tal-qafas infrastruturali (inkluz dak legali) kemm Malta kif ukoll lil'hemm min xtutna. Dan bil-ghan biex il-bazi li fuqha ser tinbena din is-socjeta tkun wahda adekwata.

Ser issir hidma biex l-uzu tat-teknologija ta' l-informatika jinfirex fis-setturi kollha tas-socjeta'. Dan huwa essenzjali sabiex l-ghodda principali mehtiega ghal din is-socjeta' tkun prezenti fil-komunita.

Ser tinghata l-ghajnuna lil entraprizi lokali biex dawn jithejjew halli jkunu jistghu jahtfu l-opportunitajiet offruti mil-ekonomija hekk imsejha "gdida". Il-hidma ghandha l-ghan li tipprepara lil-atturi kollha fil-qasam ekonomiku biex jaghrfu li l-process li ghaddejjin ghandu jwassal ghal ghadd kbir ta' opportnitajiet.

Ser nahdmu wkoll biex flimkien mal-Gvern nidentifikaw u nibdew il-process li is-servizzi offruti lil-publliku mis-servizz pubbliku jibdew ikunu offruti lil kulhadd permez ta' l-eGovernment. Process li ser jzomm lill-bniedem fic-centru tat-tfassil tal-politika li tkun qed titwettaq.

Huwa essenzjali li b'dan l-izvillupp u bl-innovazzjoni li ser tkun qed tigi introdotta ma jinholqux distskki, u periferji godda li jwasslu biex jkollna minn jinqatgha lura. Is-socjeta li trid tinholoq trid tkun wahda inklusiva.

L-ghan ewlieni huwa li nsawru lill-pajjizna bhala centru ewlieni fl-izvilupp ta' specjalisti fit-teknologija ta' l-informazzjoni u kommunikazzjoni ghal-Mediterran.

Il-pjan quddiemna jiddentifika numru ta'programmi li behsiebna nimplimentaw fit-tliet snin li gejjin. Huwa l-hsieb taghna li wasra li jitfassal dan il-pjan jitqassam u jigi diskuss mal-partijiet interessati. Nixtieq hawnhekk naghmel riflessjoni personali. Jekk iridu li jkollna strategija koerenti u koordinata hemm bzonn ta' dixiplina fl-inizjattivi kollha li qeghdin jittiehdu fit-twettiq ta' programmi ghal-uzu wiesa' tat-teknologija ta' l-informatika u l-kommunikazzjoni. Dan il-pajjiz huwa zghir wisq u limitat fir-rizorsi kemm umani u finazjarji. Ma' nistghux nahlu dawn ir-rizorsi f'xoghol duplikat jew inizjativi personali. Ghalhekk hemm bzonn illi nahdmu flimkien il-ghaliex b'hekk nistghu naslu bl-aktar mod efficjenti u efikaci lejn socjeta' u ekonomija msejsa fuq l-informatika.

Biex naghlaq u fil-kuntest ta' dak kollhu li ghadni kif spjegajt, nixtieq naghmel xi riflessjonijiet fuq xi fatturi li tajjeb li nzommu quddiemna fil-preparazjoni lejn socjeta u ekonomija msawra fuq l-informatika.

1. L-implimentazzjoni ta' eGovernment tfisser tibdil fil-kultura, is-sistemi u l-processi li jiddefinixxu r-relazzjoni tal-individwu mal-Gvern bhala entita. Li mhux kulhadd kapaci jifhem u japprezza dan it-tibdil huwa fatt li jitlob strategiji differenti biex nilhqu lil kulhadd.

2. Irid jigi krejat suq ghas-servizi kemm offruti mill-gvern kif ukoll biex jintlahqu il-htigijiet ta' entitajiet pubblici. B'dan il-mod nibdew nqarrbu iktar il-konsumatur u l-bejjiegh u nwittu t-triq ghal-introduzjoni tal-kummerc eletroniku f'pajjizna.

3. Irridu nisfruttaw l-opportunitajiet offruti minn dan l-izvilupp biex kull cittadin ikun infurmat ahjar dwar id-drittijiet u l-obligi tieghu.

4. Is-servizzi offruti lic-cittadin irrid ikunu ddisenjati b'mod li jintlahqu minn kulhadd. L-uzu ta' touch screens, call centres, it-telefon u d-dicentralizzazjoni ta' servizzi minn fuq il-counter huma mezz biex hadd ma jibqa' lura.

5. Irridu inzommu ir-relazjoni bejn cittadin u Gvern kemm jista' jkun semplici. Fid-disinn ta' programmi u sistemi irridu inzommu quddiem ghajnejna li mhux kulhadd ihossu komdu f'dan it-tibdil.

6. Irridu nahsbu f'incentivi biex nqarbu kull citadinu u kull entita' kummercjali lejn l-uzu ta' sistemi ta' l-infomatika fir-relazzjoni taghhom mal-gvern.

7. Irrdu nofru mezzi ghal titjib fil-kwalita' tal-partecipazzjoni ta' l-individwu fil-process politiku. Wahda mil-finijiet tal-eGovernment hija li ssahhah t-trasparenza u accountability lejn il-votant u li tizvilluppa metodi godda ta' konsultazzjoni u diskussjoni bejn ic-cittadin u r-rapprezentanti tieghu lokali u centrali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow