MESSAGG MILL-ONOR. TONIO BORG, MINISTRU TA' L-INTERN, WAQT IL-PASS-OUT PARADE TA' REKLUTI TAL-PULIZIJA GODDA
Huwa l-pjacir tieghi li nindirizza dan in-numru sabih ta' zghazagh li ghazlu li x-xoghol taghhom ikun dak ta' Pulizija, xoghol, li jekk isir bis-serjet'? huwa xoghol dinjituz u li minnu jista' jsir hafna gid fil-komunitajiet diversi fejn ser tkunu assenjati biex twettqu dmirkom. Din hija opportunit'? tajba biex naghtikom messagg ta' awguri u ta' kuragg.
Ix-xoghol ta' Pulizija ghandu jitqies bhala missjoni; missjoni li fiha tapplikaw il-ligi minghajr biza' u favuri, kif rifless tant tajjeb fil-gurament li se tiehdu llum. Din il-missjoni ghandkom twettquha b'ghaqal u b'serjet'?.
Jien ghandi fiducja kbira fikom u fir-rizultat tax-xoghol li se twettqu. Min-naha tieghu il-Gvern qed jaghmel minn kollox sabiex ix-xoghol tal-Pulizija ikun aktar effettiv u aktar apprezzat mill-pubbliku.
Nista' nghidilkom li kull grupp ta' rekluti se jkun aktar ixxurtjat minn dak ta' qablu, peress li din l-Akkademja qeghda dejjem tara kif ittejjeb il-korsijiet halli b'hekk ikollna rekluti mharrga ahjar.
Intom se tkunu assensjati l-aktar f'dawk it-taqsimiet tal-Pulizija li jikkumbattu l-kriminalit'? organizzata, li jikkumbattu l-forom ta' kriminalit'? moderna. Zommu d-dinjit'? taghkom, u l-poter li se tkunu afdati bih uzawh b'sens ta' ghaqal u gustizzja.
Matul is-snin li ghaddew ilhaqna ftehim ma' l-Assocjazzjoni tal-Pulizija li bis-sahha tieghu l-beneficcji lill-Pulizija zdiedu bi kwart ta' miljun lira, u fil-prezent qed jigu studjati possibilitajiet ohra kif il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-Pulizija jistghu jitjiebu.
Il-korp ghaddej ukoll bi progetti kbar infrastrutturali li waslu fi stadju avvanzat, flimkien ma' progetti li jinvolvu t-teknologija ta' l-informatika biex ix-xoghol taghkom ikun jista' jiffaccja ahjar l-isfidi li ghandu quddiemu l-pajjiz hekk kif dahal fit-tielet Millennju.
Dan kollu qed isir ghaliex nemmnu li hekk kif il-kriminalit'? qed issir aktar sofistikata, il-forzi ta' l-ordni f'pajjizna m'ghandhomx jinqatghu lura. Nemmen li l-isforzi tal-Gvern, u l-entuzjazmu u s-serjet'? taghkom iwasslu biex flimkien inzidu s-sigurt'? fil-kommunitajiet taghna u nzommuhom 'il boghod minn kull tip ta' kriminalit'?.
Grazzi u awguri lil kulhadd.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN