Stqarrija mill-Ministeru tal-Finanzi
B'referenza ghall-artiklu li deher fil-harga ta' l-Orizzont tad-9 ta' Marzu, 2001, intitolat "Lm11.5 miljun ohra ma' l-izbilanc tal-Gvern", il-Ministeru tal-Finanzi jixtieq jiccara li:
Ghalkemm ma jinzammux statistici sena b'sena tal-kontijiet li jithallsu wara li tkun ghaddiet sena partikulari, il-Ministeru tal-Finanzi jikkonferma li l-figuri moghtija fit-twegiba parlamentari huma fil-livelli standard li dipartimenti in generali jkollhom minn sena ghall-ohra.
Allahares sitwazzjonijiet bhal dawn jinbiddlu f'polemici politici. Id-dipartimenti jiehdu z-zmien necessarju biex kontijiet fl-idejn, li wara kollox, jkunu jiffurmaw parti mill-commitments li ghalihom ikunu diga' gew ipprovduti il-fondi necessarji, jigu verifikati kemm mill-att kontratwali kif ukoll mill-att tekniku.
Zgur li, per ezempju, mhux barra minn loku li kont ikkontestat jew li ghadu ma dahalx jibqa' ma jithallasx u jibqa' pendenti sakemm jigi zgurat li tali kont hu validu mill-aspetti kollha.
Ghar-rigward ta' sistema ta' kkuntjar, hu fatt maghruf li l-Ministeru tal-Finanzi hu ghaddej bi preparazzjoni u tahrig necessarji biex, meta tkun twaqqfet fuq sisien sodi l-infrastruttura necessarja, tigi attwata l-bidla minn cash accounting ghal accrual basis, mhux b'mod kosmetiku jew nofs lehja, izda b'mod serju u kompressiv.
Dan juri bic-car li zgur mhux il-kaz li l-Ministeru tal-Finanzi, mhux din id-darba biss izda qatt, ma nteressah jipprezenta stampa finanzjarja li ma tirriflettix il-pozizzjoni attwali mill-aspetti kollha. Il-Ministeru tal-Finanzi ma ghandux x'jahbi, u la qatt kellu indhil politiku, kien hemm min kien hemm fil-Gvern, u lanqas ta xi stampa differenti mir-realta' bhala rizultat ta' xi Amministrazzjoni jew ohra.
Fl-ahharnett tajjeb li wiehed jirreleva l-fatt li, kif jaf ben tajjeb is-Sur Leo Brincat, li hu stess okkupa l-kariga ta' Ministru responsabbli ghall-finanzi, tali figuri jridu jittiehdu fil-kuntest ta' mijiet ta' miljuni ta' liri f'xoghlijiet u pagamenti li jghaddu kull sena mid-dipartimenti tal-gvern. Il-finanzi tal-Gvern mhumiex xi intrapriza privata b'rizorsi mdaqqsa, izda organizzazzjoni massicca li, billi qed tamministra fondi pubblici, hu necessarju li dawn jithaddmu b'serjeta' u accountability.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN