Left arrow Go Back

EMPOWERMENT PROGRAMME GHAN-NISA: GHODDA GHALL-BIDLA

pr0328
Date Icon 07/03/2001

Il-programm kontinwu ta' tahrig ghal nisa huwa inizjattiva tal-Ministeru ghall-Politika Socjali bil-kollaborazzjoni tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig u l-Bord tal-Koperattivi. Dan hu programm immirat l-aktar lejn dawk li jkunu jixtiequ jirritornaw lejn id-dinja tax-xoghol wara zmien ta' waqfien. Huwa programm li jghin lin-nisa' li jirritornaw lejn is-suq tax-xoghol jirkupraw id-distanza li jkunu kabbru mid-dinja tax-xoghol filwaqt li jsibu l-bilanc mad-dmirijiet taghom fil-familja. F'aspetti ohrajn dawn n-nisa ghandhom diversi esperjenzi differenti li permezz ta' dan il-programm ta' tahrig ikunu jistghu jibnu fuqhom sabiex jirfinaw il-hiliet u l-abiltajiet li jkunu kisbu minnhom u jadattawhom ghad-dinja tax-xoghol tal-lum. Din m'hix sempliciment kwistjoni ta' livell akkademiku. Anki nisa b'livell ta' edukazzjoni gholja jistghu jhossuhom maqtugha mid-dinja tax-xoghol u jitilfu certu sens ta' kunfidenza fihom infushom wara perjodu ta' assenza li fih ikunu ddeddikaw ruhhom ghall-kura tal-familja.

Dan qalu l-Agent Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi waqt cerimonja li fiha gew ipprezentati certifikati ta' tkomplija lil 23 participant mara li temmew b'success l-ewwel zewg programmi ta' tahrig. Wara li temmew dawn il-programmi, dawn in-nisa issa ghazlu jew li jidhlu fid-dinja ta-xoghol billi jsibu mpjieg jew inkella li jkomplu jitharrgu biex jiksbu hiliet ohrajn.

Inizjattiva konkreta li harget minn dawn l-ewwel zewg esperjenzi hija li twaqqfet task force minn diversi korpi interessati fil-holqien ta' servizz ta' kura u ta' zamma tat-tfal (Child Care) li jkun ta' kwalita professjonali, accessibbli u li jhares id-drittijiet ta' tfal zghar ghal kura, rabta emozzjonali u htiega ta' zvilupp. Din it-Task Force twaqqfet f'Jannar u hija maghmula minn rapprezentanti tal-Bord tal-Koperattivi, il-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, il-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara u d-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Socjeta', il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, il-GWU, il-UHM u l-MEA. Bhalissa it-task force qieghda taghrbel x'servizzi ta' kura jew ta' zamma tat-tfal jezistu fil-pajjiz u fuq liema qafas organizzattiv twaqqfu; x'servizzi ta' taghlim u tahrig jezistu ghal min irid joffri dan is-servizz tant bzonnjuz u tidentifika min huwa diga kwalifikat biex joffrih. It-Task Force ghandha l-hsieb ukoll li torganizza attivitajiet sabiex tirreklama l-offerta ta' dan it-tip ta' servizz u theggeg lil min huwa f'pozizzjoni biex iharreg lil min irid joffrih.

Il-Programm ta' tahrig ikopri perjodu ta' tmien gimghat u jiffoka fuq mudell li jseddaq il-potenzjal tal-partecipanti (empowerment). Huma jkunu mharrga fuq temi bbazati fuq l-analizi u l-identifikar tal-hiliet li jistghu jigu zviluppati aktar skond il-bzonnijiet ta' l-individwu. Il-programm jinkludi temi bhall-izvilupp tal-personalita', il-kunfidenza personali, u s-self-assertiveness. Il-partecipanti jigu moghtija wkoll esperjenza fuq l-uzu tat-teknologija gewwa l-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig filwaqt li jigu mhegga jissiehbu fi programmi ta' tahrig li l-Korporazzjoni toffri. Barra minn dan numru gmielu ta' partecipanti dahlu ghal kors specjalizzat dwar l-operat tal-koperattivi filwaqt li xi whud minnhom qed juru l-interess fi twaqqif ta' koperattivi li jindukraw it-tfal.

Fl-ahharnett, jsir ezercizzju fejn il-partecipanti jigu mistiedna sabiex ifasslu pjan ta' tahrig u zvilupp fit-tul ghalihom infushom sabiex ikunu jistghu jidentifikaw dawk l-oqsma u jkabbru il-prospetti li jsibu xoghol u jibnu karriera.

Il-Ministru Gonzi rringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor qed jikkontribwixxu sabiex dan il-programm jkun jista' jibqa jsehh: il-Ko-ordinatrici Frances Camilleri, il-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara, il-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, il-Bord tal-Koperattivi u l-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. Huwa heggeg wkoll aktar nisa sabiex jissiehbu u jippartecipaw f'dan il-programm sabiex jkompli jigi zvelat dan il-potenzjal li spiss jibqa mistur.

Il-programm li jmiss ser jibda fit-12 ta' Marzu. Ghal aktar informazzjoni tista tinkiseb billi iccempel il-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig (Ms. Josephine Attard Biancardi) fuq 654945/9.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow