STQARRIJA MILL-MINISTERU TA L-EDUKAZZJONI
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea iqis l-ittra miftuha ta' l-Onor Evarist Bartolo, lill-President ta' Malta, l-E.T. il-Professur Guido De Marco, bhala att ghal kollox \baljat u mibni fuq premessa falza.
Hi invenzjoni assoluta li tghid li "f'dawn l-ahhar xhur fl-iskejjel... bdiet tigi organizzata kampanja sistematika ta' indottrinazzjoni favur is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea skond l-agenda tal-Partit Nazzjonalista."
Din hi allegazzjoni li assolutament mhux minnha. U fuq din il-premessa falza l-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni jibni l-argument fieragh li "qed issir hafna hsara lit-tfal u lill-addoloxxenti taghna li ndahhlu fl-iskejjel il-konfrontazzjoni li ghaddejja fil-pajjiz" dwar jekk Malta ghandhiex tidhol jew le fl-Unjoni Ewropea.
Kif diga' sostna fil-Parlament, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jtenni li huwa dmir tas-sistema edukattiv li taghti informazzjoni shiha u oggettiva dwar il-kuntest globali u regjonali li fih qed jitrabbew it-tfal u z-zghazagh Maltin. Il-Kurrikulu Nazzjonali, ippublikat aktar minn sena' ilu, jitkellem `ar dwar il-htiega li nhejju lil uliedna ghal dan il-kuntest. Realta' ta' rilevanza assoluta ghall-poplu Malti hi, u tibqa', l-Unjoni Ewropea, nidhlu jew ma nidhlux fiha bhala membri. Uliedna ghandhom id-dritt li jifhmu x'inhi din ir-realta' fil-kwadru usa' tar-regjun Ewro-Mediterranju. Barra minn hekk, gvernijiet differenti - Nazzjonalisti u Laburisti - ghamlu hilithom biex ipoggu ghad-disposizzjoni tat-tfal u z1-zghazagh Maltin il-benefi``ji tal-Programmi Edukattivi ta' l-UE.
Il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni l-Onor Evarist Bartolo kemm-il darba tkellem dwar il-benefi``ji ta' dawn il-programmi. Meta kien hu fil-Gvern, ipprova jahdem biex jekk jista' jkun dawn il-benefi``ji ma jintilfux. Dan l-iskop tieghu ma setax jintlahaq minhabba l-politika tal-Gvern Laburista, li ffriza l-applikazzjoni ghal shubija fl-UE.
L-iskejjel huma fid-dmir li jkollhom informazzjoni shiha biex ikunu jistghu jiehdu sehem f'dawn il-Programmi. Informazzjoni mill-aktar fattwali tinghata lill-iskejjel mill-Malta-EU Information Centre (MIC), fil-forma ta' pamphlets dwar il-programmi ‘Socrates', ‘Leonardo Da Vinci' u ohrajn. L-iskejjel jinghataw informazzjoni, inkluz mappa, dwar kif inhi organizzata l-UE, hekk kif jinghataw informazzjoni wkoll kif huma organizzati l-Kunsill ta' l-Ewropa, in-Nazzjonijiet Uniti u Regjonijiet ohra. Il-MIC jtella' wkoll stand dwar l-ambjent (b'temi bhall-indafa fl-arja u fl-ilma, u l-immaniggjar ta' l-iskart).
Il-Ministru Louis Galea jsostni li bl-ebda tigbid ta' l-immaginazzjoni ma wiehed jista' jghid li hemm l-i`ken hjiel ta' "indottrinazzjoni" f'dan kollu. Il-Ministru jemmen li s-sistema edukattiv taghmel hsara jekk izzomm lura, ghal ragunijiet ulterjuri, milli taghti din l-informazzjoni fattwali u bazika.
Fuq kollox ikun zball jekk dawk kollha involuti fl-edukazzjoni ma jaghmlux hilithom biex jisfruttaw bl-ahjar mod mijjiet ta' eluf ta' liri (Lm 1.2 miljun ghas-sena 2001 biss) li l-Gvern u l-UE qed johorgu biex skejjel, tfal, \gha\agh u haddiema jibbenefikaw minn esperjenzi ta' skambji ma' shabhom mill-pajji\i Ewropej.
Bhal oqsma ohra fl-edukazzjoni, it-taghlim dwar l-Ewropa huwa dmir ta' l-iskejjel.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN