Left arrow Go Back

KONFERMA LI S-SINDKU TA? BORMLA KISER LIĠIJIET U REGOLAMENTI FINANZJARJI

pr0300
Date Icon 02/03/2001

Id-dokumenti li ppublika s-Sindku ta' Bormla jikkonfermaw li l-kuntrattur responsabbli mix-xoghol fil-progett tad-dahla tat-Tliet Ibliet tqabbad mis-Sindku ta' Bormla Pawlu Muscat. (Ittra 24 ta' Settembru, 2000). F'din l-ittra is-Sindku jghid li l-Ko-Ordinatur Ezekuttiv tal-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera, Ray Bondin f`fax li baghatlu fit-23 ta' Settembru, 2000 qallu li jista' jibda x-xoghol.

Il-verita` hi li f'din il-fax Ray Bondin imkien ma qal lis-Sindku ta' Bormla biex jibda ix-xoghol. F'korrispondenza ohra li ntbaghtet lis-Sur Muscat, Ray Bondin ikkonferma wkoll li l-kuntrattur huwa tal-Kunsill ta' Bormla u mqabbad mis-Sindku stess.

Il-Kunsill Lokali kien ghamel talba ta' Lm13,000, u l-Ko-Ordinatur Ezekuttiv tal-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera kien informa lis-Sindku ta' Bormla li kien hemm bzonn li jinhareg tender.

Filwaqt li s-Sindku ta' Bormla qal li jaqbel li jinhareg tender, dan it-tender qatt ma nhareg mill-Kunsill ta' Bormla u minflok ordna li jsir ix-xoghol.

Il-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera qatt m'accetta li jhallas ghall-ispejjez l-ohra tal-progett.

Il-Kunsill minn naha tieghu ordna li jsir ix-xoghol u baghat kont lil Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera. Il-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera avza lis-Sindku ta' Bormla li l-uniku kontribut li setgha jinghata kien sussidju ta' Lm2,500. (Ittra tal-5 ta' Jannar 2001).

Dan il-hlas sar lill-Kunsill Lokali u mhux lill-kuntrattur minhabba li l-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera qatt ma qabbad lill-kuntrattur biex jaghmel dan ix-xoghol. (Ittra tat-28 ta' Settembru 2000).

Il-korrispondenza u d-dokumenti li ppubblika s-Sindku ta' Bormla jikkonfermaw li dan il-progett kien jiswa Lm14,000 u ghaldaqstant skond il-ligi u r-regolamenti finanzjarji tal-Kunsilli Lokali hu car li kienet tinhtieg sejha ghall-offerti. Il-progett kien tal-Kunsill ta' Bormla, u l-Kunsill ma hareg l-ebda sejha ghall-offerti. GHaldaqstant is-Sindku ta' Bormla kiser il-ligi u r-regolamenti finanzjarji. Dan l-agir kien ikkonfermat u approvat mill-Kunsilliera Laburisti Bormlizi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow