PROĠETT GĦAR-RESIDENZA TA? ANZJANI NISA, FIL-KUMPLESS TA? L-ISPTAR ĠENERALI T?GĦAWDEX
Waqt konferenza stampa li saret dalgħodu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Anzjani f'Għajnsielem, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ppreżentat il-pjanti tal-Pro'ett għar-Residenza ta' l-Anzjani Nisa 'ewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex, li b'kollox ser jammontaw għal nefqa kapitali ta' aktar minn Lm250,000.
Filwaqt li tkellmet dwar l-implimentazzjoni tal-pro'ett, il-Ministru Debono spjegat il-ħtie'a fit-twettiq ta' pro'ett simili ndirizzat lejn settur importanti tas-soċjet'?. Fir-Residenza ta' l-Anzjani Nisa fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, sa minn meta kienet 'iet inawgurata fl-1975, ftit li xejn saru xogħoijiet konkreti ta' manutenzjoni jew oħrajn strutturali sabiex din it-Taqsima ti'i modernizzata. Għalhekk, il-Ministeru għal Għawdex ħass li din il-Unit 'ewwa l-Isptar, li hi anke l-unika Residenza tal-Gvern għall-Anzjani Nisa f'Għawdex, ti'i mogħtija l-attenzjoni li tixirqilha.
"Ir-Residenza ta' l-Anzjani Nisa hija tassew ta' prijorit'? fil-bżonnijiet immedjati ta' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Dan mhux biss għaliex f'dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena u iktar qatt ma sarilha xogħol straordinarju fiha, imma wisq iktar għaliex in-numru ta' residenti qiegħed, kull ma jmur, jiżdied. Dan il-pro'ett ser ikun jista' jakkomoda żieda ta' 14-il residenta, jew madwar 25% iktar ta' residenti li bħalissa jinsabu f'din il-Unit".
Sabiex ix-xogħol fuq dan il-pro'ett ikun jista' jsir, ir-residenti li bħalissa jinsabu f'din il-Unit ser ji'u trasferiti f'area oħra ta' l-Isptar sabiex l-inħawi tar-Residenza ji'u vakati. Dan ser jippermetti t-twettieq ta' xogħlijiet kollha ta' kostruzzjoni, strutturali, elettriċi u mekkaniċi, u oħrajn ta' finishing, fl-inqas ħin possibbli u bl-inqas inkonvenjenzi possibbli għar-residenti nfushom.
S'issa nħar'u żew' tenders in konnessjoni mat-twettiq ta' dan il-pro'ett, wieħed għat-tneħħija ta' asbestos soffit panels, u l-ieħor relatat max-xogħlijiet infrastrutturali li huma meħtie'a. Illum ħar'et ittielet tender li tinkorpora sservizzi elettriċi u mekkaniċi.
Il-Ministru għal Għawdex irreferiet għall-ħidma tal-Ministeru tagħha matul dawn l-aħħar sentejn fil-qasam soċjali, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-Anzjani fejn minbarra l-introduzzjoni ta' inizjattivi 'odda bħas-Servizz tal-Platt Sħun, l-Universita` tat-Terza Eta`, iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum u l-ewwel studju tal-Profil tal-Mara Anzjana Għawdxija, ingħataw servizzi oħra bħal dak tat-Telecare, tal-Handyman, għajnuna lil persuni bi problemi ta' inkontinenza, u għajnuna oħra fid-dar u kura personali permezz ta' l-Assistenti Soċjali Każwali.
B'riferenza għall-ftuħ taċ-Ċentru ta' Matul il-Jum, inizjattiva li ħa l-Ministeru għal Għawdex f'Mejju 1999, il-Ministru għal Għawdex irringrazzjat lill-Kunsilli Lokali parteċipanti li permezz tas-sostenn u l-kollaborazzjoni tagħhom l-anzjani Għawdxin ji'u offruti opportunitajiet soċjali, kulturali u edukattivi.
L-Onor. Giovanna Debono saħqet li "it-twettieq ta' dan il-pro'ett huwa konferma oħra ta' l-impenn min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex lejn settur li kull ma jmur qed jiżdied, settur li għandu bżonn l-għajnuna, ir-riżorsi, u l-attenzjoni tagħna lkoll".
Preżenti għall-preżentazzjoni ta' dalgħodu kien hemm ukoll Ms. Joyce Dimech (Uffiċjal Inkarigat, Sezzjoni Anzjani), Mr. Louis Attard (rappreżentant Welfare Committee) u l-Perit Edward Scerri, inkarigat mill-pro'ett.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN